Ftit tal-ġimgħat ilu kont ktibt li l-Ministru Owen Bonnici żbalja u għandu jerfa’ r-responsabbilta’ għall-kuntratt oxxen li l-Kunsill tal-Arti ta’ lill-psiko-terrorista Mark Camilleri, li issa għandna wkoll lill-Qorti Kostituzzjonali li qed tfissru bħala ‘vigilante delużjonali’, u li fil-fatt jirrikatta lin-nies biex jieħu li jrid, fosthom flus.
Bonnici kien ħalla f’idejn il-Prim Ministru Robert Abela biex jaqbeż għalih, u ftit tal-jiem wara ngħata r-responsabbilta’ addiżżjonali – apparti l-kultura – tal-Lands Authority – mad-dekasteru tiegħu.
Issa ħarġet l-aħbar tar-re-instatement ta’ Kurt Buhagiar fil-Lands Authority.
M’inix hawn biex niddiskuti l-i pjieg ta’ Buhagiar, iżda żgur se nitkellem fuq kif Owen Bonnici qabad u fajjar li kien il-Ministru ta’ qablu Stefan Zrinzo Azzopardi li daħħal lura lil Buhagiar fil-Lands, meta dan mhux minnu.
Zrinzo Azzopardi kellu joħroġ ċaħda fuq il-meżżi soċjali, kif qatt ma approva l-ebda re-instatement ta’ Kurt Buhagiar.
Allura nistaqsi għaliex Owen Bonnici kellu jżeffen fin-nofs kollega ministru meta kien jaf li ma kellu x’jaqsam xejn mad-deċiżjoni, anżi kien pjuttost kontriha?
X’sens għamel li ddeffes kollega Ministru fil-Kabinett fil-kwistjoni Sofia?
Se ndumu ndaħħqu n-nies bina u nfottu x-xogħol kollu tajjeb tal-Gvern?
Liema ħabel qed jiġbed Owen Bonnici?




