Kemm iparla fil-vojt Adrian Delia!
Jekk ikun hawn kompetizzjoni dwar min hu kapaċi jimla l-baħħ bid-diskors hu propju Adrian Delia, dak l-istess bniedem li sar Kap fl-2017, spiċċa biex keċċewh, issawwat u kompla jitlobhom isawtuħ, u issa sar pupażż ta’ dik l-istess establishment li ħassruħ.
Delia – li reġa qed juriuna li jrid ikompli jissawwat billi se jerġa joħroġ għal Kap, illum qabeż il-linja uj parla fil-vojt, meta waqt interbista fuq Net TV, fajjar fuq Joseph Muscat u Robert Abela u qal li Malta ma ratx ġid mingħandhom!
Imma dan bis-serjeta?
Joseph Muscat rdoppja l-ekonomija ta’ pajjiżna, faqa’ l-pajjiż bix-xogħol, għolla l-middle class, ġab is-surplus fil-finanżi tal-pajjiż. Apparti li faqa’ lill-PN u tefgħu f’limbu perpetwu.
Robert Abela ntant kompla jifqa’ lill-PN u kiseb l-akbar rebħa elettortali fl-istotrja politika tal-pajjiż fl-2022, filwaqt li salva lil Malta minn straġi fl-imwiet bil-Covid, salva mal-100,000 impjieg waqt li l-ekonomija globali mondjali, żamm lis-setturi ekonomiċi kollha ħajjin, ħallas il-pagi tal-ħaddiema kollha, attira l-biljuni ta’ Euro f’investiment lejn il-pajjiż, kiseb l-akbar pakkett finżjarju mingħand l-Unjoni Ewropea. Hemm bżonn inkompli?
U Adrian Delia x;kiseb għal Malta?
Li kieku kien għalih waqt il-Covid żammna taħt lock-down, filwaqt li kieku kien Prim Ministru kien iġib straġi fil-finanżi tal-pajjiż bħalma hi l-istraġi fil-finanżi tal-PN.
Insomma Adrian Delia hu l-anqas wieħed li jista’ jparla fuq il-ġid fil-pajjiż, għax hu kiseb il-waiver mingħand Skanska għall-istraġi mwettqa fil-bini tal-Isptar Mater Dei, u dan għad-dannu tal-pajjiż.
Mur tnejjek trid Adrian!
L-elettotrat jaf min għamel il-ġid lil Malta, kieku l-Partit Laburista ma kisibx rekord wara l-ieħot fl-elezzjonijiet. Kieki ma kkundannax lill-PN għall-bankijiet tal-Oppożizzjoni u telqu eluf ta’ partitarji minn miegħu.
U l-PL se jerġa’ jifqgħu lill-PN.




