Sa fl-aħħar inqabad, inkixef u kien espost għal dak li hu!
Dak li qed ifittex finażjament pubbliku biex ikompli jmexxi l-kampanja ta’ terrur u rikatt kontra esponenti Laburisti, ngħata l-akbar ċanfira immaġinabbli mill-Qorti Kostituzzjonali, li faqgħetlu bużżieqa, u kixfitu bħala persuna’ li qed tbati mid-delużjoni li appunta lilu nnifsu bħala viġilante extra-istituzzjonali!’
Il-psiko-terrorista u issa mfittex mill-Pulizija Mark Camilleri ta’ The Maltese Herald, ma setax ikun umiljat u mpoġġi f’postu aktar mis-sentenża storika tal-Qorti Kostituzzjonali li ċaħditlu l-appell biex ixejjen mandat għall-arrest u prosekuzzjoni għall-pubblikazzjoni tac-chats mit-telefon ta’ Yorgen Fenech, u l-konversazzjonijiet tiegħu mad-Deputata Laburista Rosianne Cutajar.
Mark Camilleri, li qed jappella biex in-nies u negożji jagħtuh €50,000, u issa qed jerġa jappella biex in-nies tiffinażjalu l-ispejjeż tal-Qrati u tal-Avukati, spiċċa kkundannat mill-Qorti Kostituzzjonali talli jhedded, jintimida u jirrikatta lin-nies b’dawn ic-chats biex jikseb xi ħaġa mingħandhom.
Ir-rikatt hu reat serju ħafna. Hu att terroristiku, li jitfa pressjoni u jwerwer in-nies, u għal dan għandu jirrispondi Mark Camilleri quddiem il-Qrati.
Filwaqt li l-Istitut tal-Ġurnalisti imissha ilha li tkellmet, ikkundannat u talbet lill-awtoritajiet biex jarrestaw, jinvestigaw, jieħdu l-passi kriminali u jagħlqu l-pjattaforma frawdolenti ta’ Mark Camilleri, issa għandha tintalab ukoll Inkjesta dwar minn fejn sar il-leak tal-cache kollu tac-chats ta’ Yorgen Fenech.
Mark Camilleri uża dawn ic-chats privati ta’ Fenech biex jirrikatta u jkisser lid-Deputata Rosianne Cutajar, u mill-Qorti Kostituzzjonali ħareġ kif Camilleri irrikatta wkoll lill-ġurnalist veteran Saviour Balzan biex jagħtih somma kbira ta’ flus, bl-iskuża ta’ negożju.
Issa li nkixef b’sentenża tal-Qorti Kostituzzjonali li wittiet it-triq biex jiġi eżegwit mandat għall-arrest mitluba minn Imħallef , għandna issa l-‘identikit’ uffiċċjali ta’ min hu tassew Mark Camilleri. Dak li jisserva bl-iskuża ta’ ġurnaliżmu biex iwettaq terroriżmu b’rikatti għal flus.
Camilleri jippontifika li esponenti Laburisti imisshom jinqaflu fil-ħabs, iżda qed joħroġ issa kif minflokhom għandu jidħol hu stess.
Issa li nkixef saħansitra mill-Qorti Kostituzzjonali, Mark Camilleri qed jerġa jdur fuq in-nies biex iħallsulu l-kont tal-Avukat u l-iespejjeż tal-Qorti, u jibqa’ jinsisti fejn qatt ma kellu raġun: dak li jippubblika stejjer b’materjal miksub illegalment u jużah biex jirrikatta lin-nies bih.
Issa li sar magħruf li l-Kunsill tal-Arti ta kuntratt lil Mark Camilleri għas-domma ta’ €25,000m dan għandu issa jitħassar u jitpoġġa fi blacklist. Din is-sentenża hi l-ewwel minn tax-xorti tagħha fil-Qrati Maltin, u timmerita attenżjoni mingħand kulmin spiċċa taħt ir-rikatt tiegħu, u qed ikunu mħeġġin biex jerqsu ‘l quddiem u jagħmlu kwereli mal-Pulizija.
Intant, fil-jiem li ġejjin se nesponi l-provi ta’ kif Mark Camilleri jidħo; f’chats ma’ nisa fuq il-meżżi soċjali, u jibgħatilhom il-flus. Flus li kapaċi kienu tagħkom għax qalilkom li kellu bżonnhom għan-negożju tiegħu.
Dan il-purċinell se jinżel!




