Iddiżintegra ż-żwieġ bejn Adrian Delia u Alex Borg.
Minn ‘tandem’ kontra l-establishment u l-estremisti, Delia u Borg issa huma rivali u t-tnejn tefgħu għajnejhom fuq il-post ta’ Kap tal-PN.
L-għażla ta’ Alex Borg li jitfa’ n-nomina u jikkontesta lil Delia hi mifhuma li rrabjat ħafna lill-eks Kap Karkariż, li minkejja li kien jaf għal xhur sħaħ li ż-żagħżugħ Għawdxi kien qed jimmira għall-kariga, qabad u fattar l-ewwel patt mal-estremisti biex jelimina l-vot tat-tesserati billi jintlaħaq ftehim biex imexxi l-Oppożizzjoni, filwaqt li Roberta Metsola rvinat il-pjan wara li ma aċċettarx tieħu l-post ta’ Kap sal-elezzjoni.
Darba migdum minn Delia, Alex Borg ma setax jafda u qatta l-karti ta’ ftehim li kellu biex jappoġġja lil Delia.
Borg mhux qed iqis il-mossa tiegħu bħala tradiment, anżi bil-kontra kien hu li safa l-vittma ta’ tradiment meta Delia minn wara dahru qabad u ftiehem mal-estremisti u pprova jimblokka l-vot tat-tesserati.
Nifhmu li wara Alex Borg ttellgħet struttura ta’ nies ferm organizzata li ilhom xhur iħejju strateġija ta’ ‘take-over’ tal-PN kif appena Alex Borg jikseb il-mandat mingħand it-tesserati.
Borg qed isostni mal-partitarji li qed iżur, li hu qed jikkontesta għall-kariga ta’ Kap biex jelimina l-kompromessi mal-estremisti li mistennija jsiru aktar perikolużi, issa li l-pjan tagħhom ma’ Delia sfaxxa u spiċċaw skoperti bla kandidat interssat li jista;’ jiddefendi l-kawża tagħhom, u issa qed iħossuhom mhedda li jitwarrbu jekk jitla’ moderat.
Nifhmu li wara Alex Borg ttellgħet struttura ta’ nies ferm organizzata li ilhom xhur iħejju strateġija ta’ ‘take-over’ tal-PN kif appena Alex Borg jikseb il-mandat mingħand it-tesserati.
Fl-istess ħin, Delia mhux se jintervjeni biex jikkalma lill-partitarji leali tiegħu milli jattakkaw u jgħajjru lil Alex Borg fuq il-meżżi soċjali. Għal Delia dan jiġi komdu, għaliex jemmen li minflok jattakka lil Borg hu, iħalli f’idejn is-suldati tiegħu jifirxu l-kelma kontrih.
F’dan l-isfond, Adrian Delia jaf li Borg hu aktar popolari minnu, u fil-jiem li ġejjin se naraw l-alleanża biżżarra tiegħu mal-estremisti tikber, u saħansitra toħroġ fil-bneraħ, meta esponenti bħal Beppe Fenech Adami u Mark Anthony Sammut, li sa ftit snin ilu kienu kontrih, se joħorġu jappoġġjawh.
Fl-istess ħin, Delia mhux se jintervjeni biex jikkalma lill-partitarji leali tiegħu milli jattakkaw u jgħajjru lil Alex Borg fuq il-meżżi soċjali. Għal Delia dan jiġi komdu, għaliex jemmen li minflok jattakka lil Borg hu, iħalli f’idejn is-suldati tiegħu jifirxu l-kelma kontrih.
Għan-nies ta’ Delia, Alex Borg qed jitpinġa bħala traditur, u bdiet anki mingħanfhom tinxtered il-frażi tal-estremisti, ‘żiemel ta’ Troja’ tal-Partit Laburista.
Delia għandu xogħfa, iżda biegħ lilu nnifsu lill-istess xitan li ħarqu ħames snin ilu. Fi kliem ieħor Delia sar bħalhom. Ma ġġeddix, ma tgħallimx, anżi mar għall-agħar u sar opportunist, u għatxan għall-poter.
Għadna biss fl-ewwel jum sħiħ tal-kampanja bejn Alex u Adrian, u l-prospetti ta’ ‘sfida bejn il-ħbieb’ – kif iddeskriviha Delia, se tkun altru bejn il-ħbieb.
Alex Borg għadu żagħżugħ u forsi għadu ma fehemx id-dinamika tal-makna tal-PN, li meta trid tagħmel il-ħsara lil xi ħadd tasal u tasal sew. Delia għandu xogħfa, iżda biegħ lilu nnifsu lill-istess xitan li ħarqu ħames snin ilu. Fi kliem ieħor Delia sar bħalhom. Ma ġġeddix, ma tgħallimx, anżi mar għall-agħar u sar opportunist, u għatxan għall-poter.
Alex Borg jista jkun naive, iżda jidher li mhux stupidu daqs kemm qed inpinġuh. Għandu għadma iebsa quddiemu. Forsiu l-akbar sfida li qatt iffaċċja f’ħajtu. Se jikkumbatti mal-iljuni f’arena mimlija nases, inkluż minn min darba kien sieħbu.
L-estremisti se jkunu fil-kabina tad-direzzjoni, isegwu attentament kull mossa, u jidderiġu l-battaljuni ta’ alleati fid-direzzjoni fejn Borg jeħpdhom.
Kemm se jkun kapaċi jiżgiċċalhom Alex Borg, għad irridu naraw.




