Għadu frisk u ġdid, u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed jgħaġġel u jgħaffeġ.
Beda billi qal li jista’ jirbaħ lil Robert Abela f’elezzjoni ġenerali fi żmien xahar, għadda biex għaffiġga fuq il-kwistjoni Fortina, u issa bil-first time buyers.
Waqt il-programm podcast ma’ Karl Bonaci, Alex Borg qal li huma 550 biss il-first time buyers li bbenefikaw mill-iskema ġeneruża tal-Gvern immexxi mill-Partit Laburista b’għotja ta’ €10,000 kull sena għal 10 snin.
Kellu jkun il-Ministru Roderick GAaldes li kines l-art bl-istqarrija defiċjenti tal-Kap Nazzjonalistam billi fakkru kif b’medja huma 2,500 il-koppji jew individwi li qed jibbenefikaw kull sena mill-iskema tal-first time buyers.
Nispera li l-parir biex Alex Borg jgħid din iċ-ċuċata ma ġietx mingħand Albert Buttigieg, l-eks kap ezekuttiv tal-Awtorita’ għad-Djar fi żmien Gvern tal-PN u li spiċċa tilef l-inkarigu tiegħu dl-2013 fuq sapuniera!




