Għad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg, hu faċli li taqbad u tfajjar post fuq il-mezzi soċjali u jikkritika lill-Ministru Roderick Galdes. Li ma jgħidx Buttigieg, hu li meta hu stess kien il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tal-Housing qabel l-2013, la kellu l-budget u lanqas kellu strateġija biex b’xi mod jgħin jew itaffi l-problema tal-waiting lists għall-houising, u wisq anqwas biex jindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ akkomodazzjoni soċjali jew affordabbli.
Minn dak iż-żmien li Buttigieg kellu xi jgħid mal-Housing li kien imexxi – preċiżament fuq sapuniera – Albert Buttigieg għadda biex eventwalment sar is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan, u wara Deputat fil-Parlament f’isem il-PN elett mill-Għaxar Distrett.
F’dawn l-aħħar jiem, Albert Buttigieg kien prony biex rikeb fuq stqarrija tal-MDA li kkritikat il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Kurja għall-iżvilupp ta’ postijiet ntiżi għall-akkomodazzjoni affordabbli.
Buttigieg qal li dan il-ftehim se ‘jaġevola lil xi kuntratturi’ meta fil-fatt dan mhux minnu, iżda se jgħin biex jindirizza priorita’ assoluta tal-Gvern li jipprovdi postijiet ta’ residenza bi prezzijiet sussidjati u affordabbli.
Buttigieg li jilgħabha tal-paladin tas-soċjal għażel li jinjora din il-priorita’ u għżel li jirkeb fuq il-kritika xejn kostruttiva tal-MDA li ovvjament tara biss l-interessi tagħha u mhux ta’ min tassew jeħtieġ l-għajnuna immedjata għal akkomodazzjoni affordabbli.
Jkun aktar għaqli li Albert Buttigieg jgħid u jispjega l-politika tal-PN biex jindirizza tali problemi, il-costings tiegħu u ma jnessi lil ħadd fuq il-fatt li meta hu kien il-Kpa Eżekuttiv tal-Awtorita’, qatt ma għamel xejn biex indirizza tali problemi.
Qabel ma jikkritika lill-Ministru Roderick Galdes, jkun aktar għaqli li jqis it-track rekord impekkabbli tat-tmexxija tiegħu f’dan is-settur, fejn l-investiment f’bini tanġibli u skemi ta’ għajnuna laħqu rekord assolut fl-istorja soċjali tal-pajjiż.




