X’qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista bil-Kap Eżekuttiva Sabine Agius Cabourdin?
Minkejja ritratt mqanżaħ il-bieraħ biex Agius Cabourdain tawguralna l-weekend it-tajjeb flimkien mal-bqija tad-‘Dream Team’ tal-Kap Alex Borg, producers ta’ programmi televiżivi kemm tal-Istat u anki tal-privat qed iwasslulna li kull talba li qed jagħmlu biex Agius Cabourdin tipparteċipa f’dibattiti politiċi mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid McKay, qed tkun rifjutata u minflok il-PN jinsisti li jattendi s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello minflokha.
Filwaqt li nifhmu li Leonid McKay dejjem kien disponibbli, fejn tidħol Agius Cabourdin, il-PN dejjem insista għal Bonello minflokha.
Dan qed iqajjem frustrazzjoni mal-produtturi u l-preżentaturi tal-programmi televiżivi, li ma jistgħux ikollhom dibattiti bilanċjati bejn il-Kapijiet Eżekuttivi tal-partiti rispettivi.,
F’posts preċedenti tkellimna fuq it-tluq imminenti ta’ Agius Cabourdin mill-PN, wara li bdiet tħoss il-pressjoni u r-realtajiet tal-kariga tagħha, fejn kienet mogħtija r-responsabbilta’ tal-kriżi finanżjarja tal-PN.
Nifhmu li Agius Cabourdin kienet ixxukkjata b’dak li sabet, filwaqt li l-ħerba li sabet fit-taqsima finanżi fid-Dar Ċentrali hi kbira wisq biex issolvi weħiha.
Fil-kurituri tad-Dar Ċentrali sar fatt magħruf fostn ħafna, li Sabine Agius Cabourdin qed tħejji biex titlaq mill-kariga.




