Alex Borg mhux qed jafda. Mhux qed jaħli l-ħin.
Diġa’ mar id-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pieta u ssottometta formalment dik li qed tissejjaħ bħala ‘espressjoni ta’ interess’ lill-Kummissjoni Elettorali li twaqqfet apposta biex tmexxi l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-PN.
Alex Borg antiċipa lil kulħadd b’din il-mossa immedjata li segwiet id-dikjarazzjoni pubblika li se jkun kandidat għall-kariga.
Din il-mossa daqstant immedjata qed tkun imfissra minn osservaturi bħala sinjal minn-naħa ta’ Alex Borg, li lest għal battalja kontra numru ta’ fażżjonijiet li huma determinati li jwaqqfuh, fosthom dik estremisa u anki l-fażżjoni leali lejn Adrian Delia li qed jakkużawh li hu traditur.
Mkejjen viċin il-PN spjegawlna li mill-bieraħ stess skatta l-pjan strateġiku tat-team ta’ Alex Borg/




