Sema’ mingħand sieħbu, żżattat, ippubblika kollox, u kif jingħad bil-Malti pur, redgħġu!
Mark Camilleri ta’ The Maltese Herald kien immultat €1,000 talli kiser ordni tal-Qorti u ppubblika c-chats ta’ Yorgen Fenech.
Ic-Chats kienu ġarti mill-proċess fil-każ kontra Fenech u l-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima ordnat divjet assolut fuq kull informazzjoni sensittiva fil-każ, partikolarment ic-chat log tal-akkużat, mill jkunu ppubblikati.
Dan hu biss il-bidu għal aktar gwaj ġudiżżjarji għal Mark Camilleri, li fil-konfront tiegħu hemm għadd ta’ investigazzjonijiet għaddejjin, fosthom mill-Kummissarju għall-Prorezzjoni tad-Data, kif ukoll mill-Pulizija fejn tidħol l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ Jason Azzopardi u l-manipulazzjoni tal-Inkjesti Pubbliċi.




