Doċċa kiesħa għall-Inkjesta Vitals tal-Maġistrat Gabriella Vella, hekk kif l-awtoritajiet ġudizzjarji Svizzeri bagħtu lura u ċaħdu t-talba għal informazzjoni mitluba fuq għadd ta’ nies konnessi mal-inkjesta, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Għall-awtoritajiet Sviżżeri, ir-rogatorja mibgħuta lilhom hi ‘sproporżjonata’ u li t-talba kif saret hi mħawwda, ma tissodisfax il-kriterji legali Svizzeri, mhix spjegata u fuq kollox għandha s-sura ta’ ‘fishing expedition’ fejn il-Maltin ma jafux x’qed ifittxu.
F’żewġ paġni ta’ tweġiba, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Berna sostnew li l-Maltin ma spjegawlhom assolutament xejn fuq x’qed ifittxu jew x’inhuma l-akkużi.

L-awtoritajiet Federali Svizzeri taw doċċa kiesħa lill-investigaturi fl-0Inkjesta Vitals tal-Maġistrat Gabriella Vella
Fi ftit kliem, l-ittra rogatorja lill-Isviżżeri nkitbet b’mod traskurat u titlob biss ‘informazzjoni’ dwar persuni. Ħaġa li l-ebda pajjiż ma jista jagħmel bla ma jkollu dettalji ta’ akkużi jew rabta tal-akkużi mal-pajjiz in kwistjoni, f’dan il-każ l-Isviżżera.
Jirriżulta li r-rogatorja Maltija lanqas fiha indikazzjoni waħda li tista’ tippermetti l-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet jew kontijiet bankarji li jistgħu jkunu relatati mal-proċeduri li għaddejjin fil-Qorti f’Malta.
Fil-konklużjoni tat-tepiba tagħhom, l-Isviżżeri talbu lil min qed imexxi l-każ dwar l-Inkjesta Vitals biex jistudja sew is-sistema legali f’pajjiżhom, u minn hemm jerġgħu jibgħatu t-talbiet ċari u speċifiċi.
ħalli din tkun tista’, fejn ikun meħtieġ, tingħata lill-awtoritajiet kompetenti




