Pawlu Borg mhux lest jiddikjara iswed fuq l-abjad li Alex Borg hu l-Kap tiegħu. Irid jinsisti biss li Alex Borg hu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Borg evita għal darba’ darbtejn l-isfida tiegħi biex jiddikjara dan.
Pawlu Borg – magħruf bħala Pawlu tar-Roti minn Ħal Qormi – hu l-Campaign Manager ta’ Adrian Delia u firmatarju tal-ittra kontroversjali li ntbagħtet lill-Kummissjoni Elettorali tal-PN, li kkontestat il-validita’ tal-100 tesserat li tħallew jew tħallewx jivvutaw fl-elezzjoni għall-Kap Nazzjonalista, u skont hu ‘setgħu biddlu’ ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni.
Insomma, dan Pawlu Borg ħa għalih għaliex fi blog il-bieraħ spjegajt ir-raġuni għaliex il-Kap tal-PN elett Alex Borg semmih biex ‘irringrazzjaħ – waqt il-Mass Meeting fi Pjazza Tritoni nhar is-Sibt li għadda.
F’kummenti biex iwieġeb il-blog, Pawlu Borg uża l-karta tas-simpatija biex qal li hu ‘lanqas kien il-Mass Meeting’ minħabba viżtu fil-familja (li iżda ġrat erba’ xhur ilu) iżda kien OK biex mexxa l-kampanja ta’ Adrian Delia.


Madankollu, meta kien mistoqsi ripetutament minni biex jiddikjara li Alex Borg hu l-Kap tiegħu u li lest jiddikjara l-lealta’ tiegħu lejh mingħajr ebda kundizzjoni, dan evita u rrifjuta li jkun ċar.
Saħansitra pprova jinħeba wara l-iskuża li hu ‘persuna privata’ meta hu ffirma ittra lill-Kummissjoni Elettorali tal-PN, ippubblikaha u għaddiha lil The Times, u l-PN ħareġ stqarrija biex iweġibha, minbarra li pubblikament kien magħruf li hu kien il-campaign manager ta’ Adrian Delia.

RITRATT: Pawlu Borg / Facebook
Sa dalgħodu, Pawlu Borg baqa’ jiskarta din l-isfida!
NOTA
Pawlu lest tifdikjara lil Alex Borg bħala l-Kap tiegħek u tiddikjara l-lealta’ assoluta tiegħek lejh mingħar kundizzjoni?






