Partitarji Nazzjonalisti f’Raħal Ġdid huma detetrminati li jagħmlu dak kollu possibbli biex jeħilsu mill-Kunsillier u minority leader Roderick Caruana, issa li qabeż il-linja sew fil-lokal billi nqabad iħuf wara l-affarijiet privati ta’ sħabu stess Nazzjoanlsiti fil-Kunsill Lokali.
Caruana nqabad jistaqsi u jdaħħal mnieħru fejn m’għandux, wara li sar jad li xi membri tal-Kunsill kienu se jsiefru mal-Parroċċa biex jagħtu qima lix-xbigħa mirakoluża ta’ Kristu Re f’Pariġi u li se titbierak minn Papa Ljun fil-Vatikan fil-jiem li ġejjin.
Il-Kunsilliera li se jsiefru flimkien ma’ għadd ta’ Pawlisti ħallsu għall-vjaġġ minn buthom, iżda Roderick Caruana jrid ikun jaf jekk dawn ħallsux minn flus il-Kunsill, li qatt ma kien il-każ.
Il-Pawlisti, partikolarment in-Nazzjoanlisti li eleġewh qas iridu jkollhom x’jaqsmu aktar miegħu, tant li tkeċċa minn kull każin fil-lokalita’ għaliex fi kliemhom, ‘Roderick hu antipatiku, idejjaq lin-nies, jara kollox negattiv u jobgħod ir-Raħal.’
Dan il-kliem kien kwalifikat minn għemilu stess, meta saħamsitra kiteb lill-Pulizija biex jieħdu azzjonio kontra l-armar tal-festa, li għaliha jikkonkorri l-poplu Pawlista kollu.
Caruana, li hu kanvasser ta’ Adrian Delia ilu żmien idejjaq lir-residenti bl-0ardita’ u l-kummiedji tiegħu, u issa wasal sal-punt li ħadd ma jrid ikellmu jew ikollu x’jaqsam miegħu.
Dan l-aħħar, Roderick Caruana ċempel waqt programm fuq NET FM fejn maqdar il-kumpless ġdid fjamant ta’ faċilitajiet tas-saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid, fejn saħansitra fisser dan il-proġett bħala ‘ħela ta’ flus.




