Awgurawlna l-weekend it-tajjeb, id-‘dream team‘ tal-Kap Nazzjonalista Alex Borg.
Wara jumejn nikteb fuq pressjonijiet u problemi li qed jiffaċċjaw Sabine Agius Cabourdin u Simon Mizzi, llejla tellgħu ritratt biex juruna li għadhom qawwijin u sħaħ. Izda ngħid jien, pjuttost qegħdin tard, għaliex dak li ktibt kien jimmerita’ tweġiba immedjata.
Il-fatt jibqa’ iżda li min hu midħla tad-Dar Ċentrali, jaf li dak li ktibt fuq Sabine Agius Cabourdin hu veritjier. Tant hu hekk, li mill-mistoqsija tiegħi dwar ‘Chi l’ha vista?‘ – għaliex ma kienet qed tidher mkien – Il-Kap Eżekuttiv tal-PN illejla dehret f’ritratt ta’ reazzjoni mqanżħa ma skrivanija, b’sempliċi laptop, bla ebda karti fuqha u viżibbilment staged.

Have a great weekend!
L-erba stilel ta’ Alex Borg ġabru l-laptops flimkien u ppużaw bħal donnhom kollha jaħdmu fuq l-istess mejda!
Insomma, r-ritratt ġie wara li l-bieraħ filgħaxija il-Kap Nazzjonalista Alex Borg rrefera għalihom l-erba fl-aħħar tad-diskors tiegħu fil-Parlament, u qal li qed ‘nattakkawhom’.
X’nattakkaw? Għaliex għedt li jinsabu taħt pressjoni u Agius Cabourdin trid titlaq hu attakk?
Ajma, l-Bambin itini l-paċenżja. Li kieku kienu Laburisti, iva u kif kienu jkunu attakkati. Iżda f’ġieħ is-sewwa, rappurtaġġ fattwali mhux attakk għażiż Alex!.




