Hemm isem komuni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija f’kawżi li fihom qed ikunu akkużati fil-Qorti esponenti Laburisti, wara xi inkjesta, kitba f’gazzetti jew b’riżultat ta’ kampanji minn estremisti magħrufa fil-PN.
Hemm l-Ispettur Shaun Friggieri mit-Taqsima FCID tal-Pulizija, li b’kumbinazzjoni dejjem ifeġġ f’investigazzjonijiet kontroversjali, fosthom dawk kontra Keith Schembri u l-eks deputat Laburista, it-Tabib Silvio Grixti.
F’diversi okkażjonijiet, l-Ispettur Friggieri infexx f’konġetturi aktar milli provi waqt ix-xhieda tiegħu, u l-ħbiberija u l-familjarita’ tiegħu mal-Avukat Jason Azzopardi hi aktar minn magħrufa.
Illum, meta reġa’ ssejjaħ il-każ kontra Keith Schembri dwar l-allegati leaks b’informazzjoni tal-Pulizija lil Yorgen Fenech, l-Ispettur Friggieri ħela nofs ta’ nhar itella’ xhieda li ma kellhom x’jaqsmu assolutament xejn mal-każ Friggieri – li hu magħruf għall-opinjoni politiku tiegħu u jdeffes ħafna il-politika waqt xogħolu – sejjaħ xhud wara l-ieħor jispjegaw l-arrest ta’ Fenech u x’instab fuqu waqt l-arrest.
‘Dawk huma x-xhiedha li indikawli l-Pulizija’ sotniet il-Maġistrat għall-oġġezzjonijiet voċiferi tal-Avukat edwardvGatt li staqsa kif jista jkun li l-prosekuzzjioni tippreżenta xhieda li m’għandhom assoluatament x’jaqsmu xejn mal-każ konyta Schembri,
Ferriggi kien ukoll l-Ispettur li tella’ numru ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali li ttieħdu l-kwartieri tal-FCID f’Santa Venerabiex ikunu interrogati.




