Matul dawn l-aħħar xhur, il-Gvern, permeżż tal-minsiteru għall-Akkomodazzjoni Soċjali għaddej b’xogħol estensiv ta’ tranġar u tisbiħ tal-oqsma tal-housing madwar il-pajjiż.
Mijiet ta’ familji matul dawn ix-xhur bdew jaraw it-titjib fl-estetika u fl-istrutturi tal-postijiet, hekk kif mit-Tieni Gwerra ‘l hawn, qatt ma sar investiment biex il-postijiet kollha tal-Gvern jingħġataw il-manutenżjoni u t-tranġar li kien meħtieġ.
Għajr għal xogġolijiet ta’ emerġenża, Gvernijiet ġreċedenti Nazzjonalisti qatt ma missew binja waħda minħabba nuqqas ta’ flus.
Bl-intervent tal-Ministru Roderick galdes, l-Awtorita’ tad-Djar imbarkat fuq investiment massiċċ ta’ manutenżjoni tal-istock kollu tal-akkomodazzjoni soċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tagħha, u qasam wara l-ieħor qed jara yisbiħ b’żebgħa, kisi, tibdil ta’ sistemi ta’ dawl, soqfa, gallariji u saħansitra embnellishment taż-żoni madwar l-istess oqsma.
Dawn ix-xogħolijiet li jkopru anki l-oqsma tad-djar f’Għawdex, ifisser titjib fil-livell tal-kwalita’ tal-ħajja tan-nies li jgħixu f’dawn il-postijiet, u fl-istess ħin jixhed l-impenn tal-Gvern li jżomm l-istandards ta’l-postijiet sikuri u miżmuma sew.




