Ir-riżultat finali tal-elezzjoni għall-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, dam biex ħareġ u n-nies tħallew jistennew sal-4am, kien tort ta’ xenata kbira li għamel Adrian Delia.
Imkejjen infurmati sew fid-Dar Ċentrali spjegawlna kif Delia ma riedx jaċċetta r-riżultat, tmasħan sew mal-Kumissjoni Elettorali tal-PN tant li bdew jibżgħu minnu, u għal erba’ darbiet konsekuttivi, sar recount li ta l-istess riżultat b’fistakk ta’ 44 vot.
L-għajjat ta’ Delia wara l-bibien magħluqa tad-Dar Ċentrali fejn kien qed isir l-għadd, seta’ jinstema’ minn diversiu bnadi tal-bini, tant li Net TV kellu jitfa’ l-mużika waqt ix-xandira diretta, bl-iskop li ma jinqabadx l-għajjat waqt ix-xandira.
Delia waħħal fil-Kummissjoni Elettorali, kif ukoll fit-tim ta’ Bernard Grech li ħadmu kontrih biex ma jkunx elett u li rnexxielhom jumiljawh.
Is-sorsi qalulna li Delia, akkumpanjat minn erba ‘tough guys‘ tiegħu, telaq mid-Dar Ċentrali rrabjat ħafna u jistqarr li se ‘jpattiha’ lil kull min ħadem kontrih.
Dinb kienet it-tieni telfa konsekuttiva ta’ Adrian Delia f’tellieqa għal Kap, wara li ħames snin ilu kien tilef kontra Bernard Grech, wara r-rivbolta tal-Blue Heroes.




