Pjazza Tritoni, il-Belt, Valletta. Mass Meeting tal-Partit Nazzjonalista u fuq il-palk, qed jitkellem Alex Borg. Dan hu l-ewwel Mass Meeting tiegħu mindu kien elett Kap tal-PN, f’elezzjoni li kkontesta u rebaħ kontra Adrian Delia.
Dejjem ngħidilkom, mal-PN hu importanti dejjem li wieħed jagħti każ lid-dettalji. Għaliex huma d-dettalji – żgħar kemm huma żgħar – li jkunu qed jaħbu storja kbira!
U hekk ġara nhar is-Sibt filgħaxija fi Pjazza Tritoni.
F’nofs diskors, Alex Borg qabad u semma’ isem ċertu ‘Pawlu Borg’. Qabad u qallu grazzi tas-servizz. In-nies ma fehmietx. Iżda x’hemm wara dan l-isem? għaliex semmih?
Pawlu Borg – jew Pawlu tar-Roti, kif isibuh f’Ħal-Qormi – kien il-campaign manager ta’ Adrian Delia waqt il-kampanja għall-Kap. Kien ukoll il-firmatarju tal-ittra li kienet qed tikkontesta – f’isem it0team tal-kampanja ta’ Delia – dak li tfissru bħala ‘anomaliji’ fl-eliġibilita’ jew le ta’ tesserat tal-PN li skont hu, setgħu biddlu l-kors tar-riżultat.
Pawlu Borg illikja l-ittra li bagħat lill-Kummissjoni Elettorali tal-PN lil The Times.
Pawlu Borg kien se jtella’ lill-PN il-Qorti fuq l-elezzjoni li qed jgħid ma’ kulħadd li ‘nsterqet’ minn Alex Borg.
Allura għaliex Alex Borg ħass li kellu jsemmih lil Pawlu Borg waqt il-Mass Meeting?
Sempliċi, arawha ġejja…

Pawlu Borg jidħaq għal xi ħaġa li qed jgħidlu f’widnejh Adrian Delia
Alex Borg ma semmix biss lil Pawlu Borg biex ikun rringrazzjat. Iżda semma’ wkoll fid-diskors lil Alexander Borg Olivier, dinosawru politiku tal-PN iben l-eks Kap tal-PN u Prim Ministru Giorgio Borg Olivier. Dan kien all out favur Delia fil-kampanja għat-tmexxija tal-PN.
U hawnhekk naghti aktar kredibilita’ lis-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali.
Biex Adrian Delia aċċetta li jitla’ fuq il-palk tal-Mass Meeting fi Pjazza Tritoni u jitħalla li jkunu publikati ritratti tiegħu jgħannaq lil Alex Borg biex jauri ‘l-għaqda’ , dan ir-ringrazzjament lil Pawlu Borg u lil Alexander Borg Olivier kienu l-kundizzjoni!
Dan ifisser li Alex Borg qed ikollu jbaxxu rasu għall-pressjoni ta’ Adrian Delia, u qed tkun manifestata ta’ kuljum, fejn Delia qed jilgħab logħba ta’ pressjoni psikoloġika, u jidher li Borg qed jaqa’ vittma tiegħu.

Alex Borg fuq il-palk fi Pjazza Tritoni. Kap Messija jew skjav ta’ Adrian Delia?




