Jekk ikollok dubju fuq lil min għandek tafda bit-tmexxija tal-pajjiż, ssib li m’għandekx fejn titfixkel. Ma tistax ssib aqwa mill-Partit Laburista, li ggarantixxa x-xogħol għal kulħadd, ta l-istabilita’ lill-pajjiż u fuq kollox sena wara sena żamm it-tkabbir ekonomiku u kattar fiduċja għall-investiment.
Il-‘miraklu’ Malta fejn tidħol l-ekonomija qed tiġbed l-attenżjoni ta’ ħafna, gvernijiet, ekonomisti u organizazzjonijietinternazzjonali, fosthom il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) li f’rapport ippubblikat mill-kwartieri tagħhom f’Washington, fissru kif l-ekonomija Maltija se tibqa’ l-aktar waħda li se tikber fiż-żona Euro għallinqas sas-sena 2030!
X’ċertifikat dak!
Meta fir-realta’ tal-konfużjoni ekonomika li qed tolqot l-akbar ekonomiji fl-Ewropa qed twassal għal staġnar, qagħad u awsterita, f’Malta għandna l-ġenna tal-art ta’ xogħol għal kulħadd, u Gvern sensittiv għall-ħaddiema, is-self employed u l-familji tagħhom.
M’hawn ħadd ieħor madwarna li qed jiggarantixxi l-istabbilta’ fil-preżżijiet tal-enerġija u tal-fuels.
Dik weħidha hi l-akbar mutur għall-fiduċja fil-pajjiż.
L-Oppożizzjoni ma tistax tifhimha din. Minkejja din ir-realta, tal-PN jibqgħu jippruvaw jagħamlu l-ħsara u jbeżżgħu.
Issa qabdu l-kantaliena dwar id-dejn nazzjonali. Huma żbaljati u qatt ma rajt Ministru għall-Finanżi bħal Clyde Caruana jidħaq u jammira l-bluha ta’ ċerti kelliema tal-PN li jpinġu stampa totalment bla sens dwar il-fianżi tal-pajjiż.
Insomma, dan il-pajjiż qed jgħix ir-realta’ ta’ boom ekonomiku qawwi li sa mill-2013 meta kien elett il-Partit Laburista fil-Gvern, irdoppja l-ekonomija u faqa’ lil kulħadd b’li kapaċi jagħmel.
Ejja minn hemm, int li qed taqra, taf fejn hu s-serħan il-moħħ.
U għall-par idejn sodi, ftakar li qas għall-pagi tal-ħaddiema tiegħu stess m’għandu l-flus, anżi jisirqilhom saħansitra l-flus tal-NI tiegħu. Kulma ngħidlek, afdaħ u jirranġak għall-frisk!




