Jekk hawn persuna li għandu jinkwieta u jagħmel is-somom fuq kif saru ċerti surveys li wasslu biex Bernard Grech spiċċa biex irriżenja taħt il-pressjoni tagħhom, hu propju Adrian Delia, hekk kif illejla l-MaltaToday ħabbret li kumpannija li fiha hu involut Simon Mizzi kien titqabbad biex tgħid fis-surveys tagħha.
Filwaqt li l-MaltaToday ma semmietx l-isem ta’ Simon Mizzi, riċerka sempliċi rwassal għall-konklużjoni sempliċi.


Simon Mizzi
Ftit tal-jiem ilu, Adrian delia wasal biex tefa’ botta qawwija dwar is-survey li wassal biex Bernard Grech irriżenja, u rrimarka li Grech ma kellux jirriżenja, għaliex skont hu, ‘ma kienx veritjier’.

Adrian Delia xamm riħa mill-bogħod?
Delia kien riesaq biex iwassal il-messaġġ li kien hu wkoll vittma ta’ ‘ħadma’ fl-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista fil-ġimgħat li għaddew, u li rawh jitlef il-post għal 44 vot biss.


Nemmen li Delia seta’ kien qed jalludi għal ‘ħadma’ bis-surveys minn naħa ta’ forżi moħbija fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, b’logħob fin ta’ poter u ta’ influwenża invisibbli. Fi kliem sempliċi, l-aħħar survey li poġġa lill-Partit Laburista f’vantaġġ ta; 40,00 vot, kien ‘kolp ta’ stat’ fil-PN.
Intant, diversi bdew jistaqsu dwar il-kredibilita’ tas-surveys riċenti bl-involviment ta’ Simon Mizzi fl-isfond, u x’influwenża jista’ għandu biex dan l-aħħar ħadd mill-media ma ppunta subgħajh u kixef li Mizzi hu s-site manager tal-binja li kkollassat fir-Rabat Għawdex nhar is-Sibt li għadda.
Simon Mizzi kien maħtur Kap tal-leadership delivery office fi ħdan l-uffiċċju tal-kap Nazzjonalista Alex Borg fid-Dar Ċentrali.
Mizzi hu meqjus bħala viċin ħafna tal-establishment Nazzjonalista, tant li jużaw ħafna s-serviżżi u l-konsulenżi tiegħu f’diversi oqsma.




