Kien hemm mumenti ta’ tesnjoni tard il-bieraħ bil-lejl fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, bejn canvassers ta’ Adrian Delia u Alex Borg li spiċċaw f’konfront jaħraq waqt il-festa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
L-inċident hu rrappurtat li seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl waqt li fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid kien qed jinħaraq in-nar tal-art u Adrian Delia u Alex Borg kienu qed iduru qalb in-nies.


Il-kandidati għal Kap tal-PN Adrian Delia u Alex Borg separatament jiltaqgħu man-nies waqt il-festa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid nhar is-Sibt filgħaxija. Ir-ritratti juru liż-żewġ kandidati mhux il-bogħod fejn seħħ l-inċident bejn il-kanvassers rispettivi.
Fil-ħin li ż-żewġ gruppi ta’ canvassers ressqu lejn xulxin viċin il-Każin tal-Banda tal-ħomor biswit dak li kien il-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-lokal, persuni minn fost iż-żewġ klikkek għaddew rimarki kontra xulxin u hemmhekk hadet ġlieda li kienet ikkontrollata minnufih, wara li ntervjenew il-pulizija u xi nies li kienu fil-viċin.




