Thabbret il-mewt illejla ta’ Pearl Grech, omm Karin Grech li sgay maqtula brutalment f’Diċembru tal-1977.

Pearl Grech, li kienet miżżewġa lill-mibki eks Ministru Laburista il-Profs. Edwin Grech, għexet ħajjitha bis-sogħba tat-telf ta’ bintha Karin fl-eta’ ta’ 15-il sena b’ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha fi żmien l-istrajk tat-tobba.
Il-każ ta’ Karin qatt ma kien solvut, u l-ġenituri tagħha Edwin u Pearl baqgħu ma ħadu l-ebda ġustizzja.
Kif fissirha l-Prim Ministru Malti Robert Abela, li sellem il-memorja ta’ Pearl Grech, ‘għexet ħajjitha bla ma qatt lissnet diskors ta’ mibghħieda, vendetta jew kattiverja#.
Dan is-sit jestendi l-kondioljanżi lill-familja Grech.




