Meta Adrian Delia deher f’dibattitu ma’ Alex Borg fuq Net TV nhar il-Ħamis li għadda, għoġbu jagħmel mossa partikolari biex mingħalih jagħti gambetta lill-avversarju tiegħu, billi tkellem fuq Għawdex u r-riżulatti elettorali tal-PN fuq dan id-Distrett.
Delia kien mingħalih li qed iċekken lil Borg billi qallu li l-PN ma tantx mar tajjeb fuq Għawdex.
Kien evidenti iżda li Delia kien qed iservi ta’ pappagall għall-akbar avversarju ta’ Alex Borg f’Għawdex, u li l-aġenda tiegħu hi definittivament kontra l-avvanż ta’ Borg.
Qed nitkellem fuq Chris Said, l-eks Ministru Nazzjonalista eks Kandidat għal Kap tal-PNm u eks kelliem għal Għawdex, li l-lanżitt għal Akex Borg ilu evidenti sa mill-elezzjoni tal-2022, meta Alex Borg kien kines l-art bih.
Fi ftit kliem Alex Borg kien tella mas-6,000 vot waħdu u Chris ‘Tal-Ganga’ kien umiljat għax tela’ b’mod mqanżaħ.
Said, eks Blue Hero li kien fost il-perċimes li mexxa l-kawża biex fl-2019 tqaċċat Delia minn Kap tal-PN. Issa – għax jaqbillu – Chris Said u l-familja numeruża tiegħu fin-Nadur, intefgħu b’saħħa wara Adrian Delia biex iċekknu kull possibbilta’ li Alex Borg isir il-Kap tal-PN.
Waqt id-dibattitu tal-Ħamis li għadda, kien aktra minn ovvju li Adrian Delia lagħab il-karta ta’ Chris tal-Ganga u rrepeta l-istess kantaliena li dan ilu jsostni, jiġifieri li l-PN ma marx il-quddiem f’Għawdex iżda mar lura fil-konfront tal-Partit Laburista.
L-agħar ħaġa f’din l-istorja kollha hi l-ipokreżija ta’ Chris said li għax għandu quddiemu lil Alex Borg li kapaċi jsir Kap tal-PN, issa qed jilgħaq lil Delia, u wisq aktar, Delia hu stupidu li aċċetta din l-alleanża ma’ min ried ikissru.
Vera Adrian Delia jiħobb jissawwat!




