Il-Kap Nazzjonalista Alex Borg jinsab f’paniku u f’tentattiv biex ixejjen il-pressjoni ġenwina tal-media Laburista li kixfitlu l-aġenda tal-laqgħat li kellu fi Brussels, kellu jirrikorri biex jagħmel video fejn gideb u vvinta duq dak li mhux minnu.
Fi Brussels, Alex Borg tela’ bi vjaġġ mħallas mill-Partit Popolari Ewropew. Iż-żjara kienet organiżżata mill-Uffiċċju tiegħu bil-kollaborazzjoni tal-President Roberta Metsola, il-Presient tal-PPE Manfred Weber u David Casa.

Alex Borg u Manfred Weber.
Lil Peter Agius użawh biss bħala chaperone li dawru ma’ xi uffiċini. Il-bqija, l-MEP Agius – li dan l-aħħar kien ikklassifikat bħala anqas influwenti mill-MEPs irrilevanti fil-Parlament Ewropew – kien sempliċement tag-along fil-laqgħat ta’ Alex Borg.
Iżda fil-verita’ x’għamel fi Brussels Alex Borg?
Ha nibdew mit-timiung!
Alex Borg tela Brussels lejliet mozzjoni instigata minn David Casa dwar ir-Rule of Law f’Malta. Din se tkun diskussa nhar it-Tlieta li ġej fil-Parlamemnt Ewropew. Se tkun naħseb it-18-il-możżjoni/riżoluzzjoni kontra Malta u kollha jġibu l-firma tal-MEPs Nazzjonalisti tal-PPE.

David Casa, il-moħħ wara tant możżjonijiet ta’ ħdura kontra Malta
Alex Borg indirizza lil-Grupp Parlamentari tal-PPE, u kien hawn li lill-MEPs tal-PPE spjegalhom li jrid jirbaħ lġ-elezzjoni ġenerali f’Malta akkost ta’ kollox.
Ħeġġiġhom jappoġġjaw b’kemm jistgħu lill-PN f’Malta, anki bis-saħħa tal-możżjoni/riżoluzzjoni tal-ġimgħa d-dieħla.
Altru milli mar ‘jiddiskuti proġetti’ mal-Kummissarji Ewropej. Dawj juebny ħbiev ta’ David Casa u laqqgħek magħħhpm. Kummissarji Ewropej ma jiddiskutu qatt proġetti ma’ Kapijiet tal-Oppożizzjoni. Dawk jiddiskutuhom ma’ Prim Ministri u Ministri ta’ Gvernijiet, għaliex huma għandhom il-mandati u poyeri eżekuttivi biex iwettquhom, mhux il-Kapokoet tal-Oppożizzjoni.

Peter Agius jipprova jlaħħaq u jilgħaq kemm jista
Fl-aħħarnett, mal-PPE Alex Borg qalilhom li se jkollu bżonn il-flus, u ħeġġeġ lill-MEPs biex ikellmu lill-partiti tagħhom jgħinuh jirbaħ.
Insejt inżid ħaġa importantyi: David Casa għaddej jippontifika fuq kemm ħalla impressjoni tajba Alex Borg fi Brussels. Vera? Ma kontx nobsor.

Il-ħdura Brigade kontra Malta fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa




