X’inhu l-futur ta’ Charles Bonello bħala s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista?
Il-Kap il-ġdid Alex Borg għadu ‘non-committal‘ fuq jekk Charles Bonello għandux jibqa’ fil-kariga, fl-isfond tas-sitwazzjoni finanżjarja li sab ma’ wiċċu, u kif din il-problema wasslet biex toħloq kriżi fil-ħruġ tal-pagi tal-ħaddiema tad-Dar Ċentrali, hemm min qed jagħti l-parir li dan għandu jitneħħa.
Filwaqt li fil-Kunsill Ġenerali li ġej Alex Borg hu mistenni li jipproponi tibdil mill-ġdid fl-Istatut u jġib lyra l-karigi ta’ żewġ Viċi-Kapijiet, wieħed għall-Affarijiet tal-Ġarlament, u l-ieħor għall-Affarijiet tal-Partit, qed ikun diskuss internament jekk il-PN għandux joħloq il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv flok Sefretarju Ġenerali.




