Il-qawl Malti jgħidlek, ‘ma min rajtek xebbaħtek!’ u f’din l-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonaista, hu propju l-każ!
Lil hinn mix-xinxilli kif poġġihom dalgħodu f’The Times l-Avukat Georg Sapiano, li skjera ruħu ma’ Adrian Delia – għal raġunijiet ovvji ta’ ffangar flimkien bħala soċji fin-negożji – hemm verita’ importanti li qed tinħeba, u jidhirli li hi l-aktar verita’ importanti li se ssawwar il-futur tal-PN: Jason Azzopardi lil min se jivvota?
Imħatra li diġa’ nsejt?
Ħa nfakkrek ftit: Jason Azzopardi se jivvota lil min nhar il-Ħadd li għadda tela’ fuq il-bejt tal-Knisja ta’ San Ġiljan u spara tir ta’ senter – kontra l-Liġi – imma spara biex jimpressjona.
Tgħiduli li xrobt dalgħodu, wara l-ħsara kollha li Azzopardi għamel lil Delia, propju lilu se jivvota?
Ivam u hemm raġuni valida ħafna għaliex Azzopardi jrid lil Adrian Delia Kap tal-PN.
Jason Azzopardi – bħal sħabu Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina – jaf li Adriab sar l-unika garanżija għat-tkomplija tas-dominju tal-establishment fuq il-PN.
Taqilbux għajnejkom jew timpressjonawx ruħkom, iżda din l-elezzjoni ħarġet il-kuluri veri u merċenarji ta’ bosta fil-PN, inkluż Delia, li biegħ ruħu lill-establishment, ittradixxa lil Alex Borg u issa qed jipproġetta lilu nnifsu bħala l-‘bully’ li mingħalih se jwaqqa’ lil Labour mill-Gvern.
Alex Borg hu gwapp l-istess.
ħDak li tfisser bħala ż-żiemel ta’ Troja tal-Labour fil-PN ħareġ jiddefendi lil Repubblika minkejja l-bsaten fir-roti li għamlulu. Merċenarju wkoll.
B’ hejjm jekk int ittesserat mal-PN u għandek id-dritt għall-vot biex tagħżel lill-Kap li se jieħu post lill-kodardd Bernard Grech li qabad u telaq mill-kariga sena qabel l-elezzjoni, ma tantx għandek biex tkun ottimist għal xi bidla patyikolari li tista tifdiu lill-PN.
M’hu se jinbidel xejn għajr il-wiċċ, iżda s0sugu mmuffat fuq l-istess platt se jibqa’ hemm.
Jirbaħ min jirbaħ il-PN mhux se jinbidel, għax ħadd bejn Delia u Borg m’huma kapaċi jnaddfu liol-partit tagħhom mill-madmad tal-establishment. Anżi qedin u se jkomplu jpaxxu lill-establishment, li għal darb’ oħra se jkollu Kap biex jilgħab bih.




