Fl-aħħar siegħat bdejt nirċievi messaġġi nkoraġġanti fuq ‘ċaqlieq’ fi ħdan l-uffiċċji tad-Depot tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali dwar akkużi – wħud minnhom gravi ħafna – fil-konfront tal-Avukat Jason Azzopardi kif ukoll kontra sieħbu l-psiko terrorist Mark Camilleri.
Azzopardi u Camilleri se jiffaċċjaw il-ġustizzja fuq każi separati, iżda huma simili ħafna kemm fil-mod, il-kontenut u anki fiċ-ċirkostanżi.
Azzopardi se jkun formalment imsejjaħ fuq każ ta’ ħasil ta’ flus li jirriżulta minn investigazzjoni tal-FIAU wara li allegatament ma setax jiġġustifika ammont ta’ flejjes u investimenti meta mqabbel ma’ dak li jiddikjara ma’ tat-taxxa, u flimkien magħga l-evażjoni fiskali.
Nifhmu li fil-kors tal-istħarriġ tal-FIAU, Azzopardi tefa’ l-piż tas-suspett ta’ unexplained wealth u evażjoni fiskali fuq membru tal-familja tiegħu, li spiċċa wkoll involut fl-0istess audit, u rranġah għall-frisk ukoll.
Iżda separatament, Jason Azzopardi se jkun msejjaħ id-Depot biex iwieġeb għas-suspetti kbar ta’ qerq u manipulazzjoni ta’ tal-istess inkjesti li talab hu stess, kontra esponenti tal-Partit Laburista.
Tlett ġimgħat ilu, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ħarġet ordni speċifika lill-Kummissarju tal-Pulizija. kif ukoll lill-Kummissjoni Permanenti għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex jinvestigaw l-oxxenitajiet li ħarġu waqt is-smigħ tal-każ kriminali jibtra persuni li huma mdaħħla fl-allegat skandlu tal-ħruġ ta’ permessi ta’ residenża.
Hawnhekk irriżulta minn xhieda fil-Qorti kif Azzopardi gideb mal-awtoritajiet tal-ħabs, kif ukoll kiser l-etika professjonali meta għamilha tal-avukat tal-akkużat li kien miżmum fil-ħabs, (meta ma kienx l-avukat tiegħu), mar ożuru f’Kordin u pprova jimmanipulah u jiggwidah biex imur għand il-Maġistrat Inkwirenti, u saħansitra jħeġġu biex isemmi politiċi Laburisti meta dawn lanqas biss kellhom x’jaqsmu ma’ xejn.
Mix-xhieda mismugħa fl-awla ta’l-Maġistrat Frendo Dimech, ħareġ ukoll kif Azzopardi kien jirranġa hu l-appuntamenti għax-xhieda tan-nies fl-Inkjesti li jkun talab hu, u jikkordina hu mal-Maġistrat Inkwirenti l-istrateġija lejn il-kumpilazzjoni tagħha.
Intant, il-Pulizija mistennija tmexxi biex tressaq lil Mark Camilleri, deskritt dan l-aħħar mil-Qorti tal-Appell bħla ‘vigilante delużjonali’ wara li tilef il-każ kontra digriet tal-Qorti, talli kiser divjet u ordni speċifika li kienet tipprojbixxi l-pubblikazzjoni taċ-ċchats mill-whatsapp ta’ Yorgen Fenech.
Mis-sentenża tal-Qorti tal-Appell, ħareġ li Camilleri kien jirrikatta lin-nies biex ma jiktibx fuqhom fil-blog Maltese Herald.




