Fi żmien Lawrence Gonzi Prim Ministru Anton Attard kien Kap Eżekuttiv ta’ PBS.
Ma’ Anton Attard laħaq ukoll Natalino Fenech, Kap tal-aħbarijiet tal-PBS. Kien jippreżentalna aħbartijiet bilanċjati, veritjieri u fattwali ħafna.
Anton Attard jiġi ħaten Beppe Fenech Adami.
Fi żmien Anton Attard fit-tmexxija tal-PBS, ħarġu diversi sejħiet għall-ingaġġ ta’ ġurnalisti għal mal-Kamra tal-Aħbarijiet. Daħlu diversi, lkoll ta’ fehma Nazzjonalista.
Taħt Anton Attard fil-PBS ma daħal l-ebda Laburist, anżi kienu jinfurmawh li l-s-sejħa kienet ‘ikkanċellata’ u ma kienx hemm bżonn ingaġġ.
Kulma kien hemm bżonn?
Telefonata lejn Kastilja għand Gordon Pisani, il-Kap tal-Komunikazzjoni taħt Lawrence Gonzi.
Fl-2013, mal-bidla fil-Gvern, Anton Attard baqa’ Kap Eżekuttiv għal diversi xhur minkejja l-bidla fil-Gvern.
Meta spiċċa minn ma’ PBS Anton Attard mar għal rasu u sar konsulent f’kulma kien hemm bżonn fejn jidħol xandir, programmi, kunċerti u Eurovision.
Anton Attard kien ingaġġat ukoll minn Fr Joe Beirut Borg biex jimmodernizza r-radju RTK u Newsbook. Żewġ vetturi ta’ messaġġi kontinwi kontra l-Gvern Laburista.
Fast-forward għal 2025 u Anton Attard issa msieħeb mal-Guru, attivist magħruf tal-PN, u kollox jinsab f’idejh.
Dħul għalih?
Altru l-€5 miljun tal-Golden Bee Awards.
Fuq dan ma tgħid xejn il-media inmdipendenti u l-Partit Nazzjopanlista.
Wasal il-mument li ssir mistoqsija parlamentari dwar kemm il-kuntratt ħa Anton Attard mill-2013 ‘l hawn u kemm tħallas.
Hemmhekk ikolna kejl interessanti!
Apparti nkunu nafu liema Ministru li aktar uża s-serviżżi ta’ Anton Attard….se tibqgħu skantati.




