Is-sit ‘Reżistenza‘ twieled ftit tax-xhur ilu speċifikament biex jikkontrasta l-gideb u l-ġurnaliżmu baxx u oxxen tal-gazzetta ‘il-mument‘ mmexxija mill-pseudo ġurnalist ‘veteran’ (sic) Joe Mikallef.
Matul dawn l-aħħar snin, dan Joe Mikallef ħataf din il-gazzetta biex mingħalih jagħmel li jrid u bla riċerka ta’ xejn, jaqbad u jfajjar akkużi, u agħar minn hekk, jipprova jivvilifika lin-nies. Il-gazzetta ‘il-mument‘ li llum sar ma jaqraha ħadd, tant li titmexxa bil-kitba ta’ Joe Mikallef biss biex jimtlew il-paġni tas-suppost ‘investigazzjonijiet’ jew bi stejjer tal-Ħadd’ spiċċat biex tintuża biss għal taħt it-tiben fl-istallel taż-żwiemel!
Joe Mikallef l,i saħansitra jikteb l-istejjer minn fuq il-coach fejn ikun qed jagħmilha ta’ ‘tour leader’ mal-falluta EuroTours madwar l-Ewropa, u jridha tal-investigatur meta fil-fatt qatt ma jiċċaqlaq mill-uffiċċju tiegħu.
Dik serjeta! Editur ta’ gazzetta jagħmilha ta’ tour leader barra l-pajjiż biex jgħaqqad btala b’xejn u jgħajjar lil ħaddieħor ‘mejjet bil-ġuħ’.
Jien m’inix hawn biex nattakka lil Mikallef, għandi biżżejjed x’nagħmel u ħajti żgur mhix ffukata fuq dan Joe Mikallef li ili nafu għal dawn l-aħħar 35 sena. Eżaġerat kien u jinqa’.
Jien qed hawn iżda biex infakkar lil Joe Mikallef li bħalma hu qatt ma niżżilha li jien iddeċidejt li nimmilita fil-Partit Laburista u sabbat il-bieb warajja darba’ għal dejjem mal-PN, propju minħabba nies bħalu, li bla raġuni ta’ xejn jaqbdu jippruvaw ikissru dissidenti bħali, jivvilifikawhom u jikkawżawlu l-aktar ħsara possibbli fil-ħajja priovata tiegħu u anki mal-familja.
Jien ma jinteressani xejn mill-ħajja privata ta’ Joe Mikallef, iżda xi darba nawguralu jgħaddi mill-esperjenża ta’ kif kitba giddieba u kattiva fuq persuna, tispiċċa biex mhux biss tkisser pertusna, iżda saħansitra twassal għal suwiċidju.
L-attakki tiegħu huma mhux ippruvati, kattivi, intiżi biex iħammġu u sparati bl-addoċċ bla ebda verifika.
Meta Mikallef jitgħallem dan, nassigurah li żgur nma jerġax jikteb hekk.
Nhar it-Tnejn li għadda kont ċar miegħu f’kumment fuq Facebook, fejn weġibtu b’MaltI ċar u psataż kif fil-fatt kien jimmeritah. Qabad u fajjar li jien ma nattendix għax-xogħol neta jien mhux biss ta’ kuljum nattendi, iżda saħanistra niffirma kuljum u meta ma nkunx hemm napplika għal leave bħalma jagħmel kulħadd.
Li Joe Mikallef ikompli b’din il-kantaliena ta’ akkużi bla sens issa saret inaċċettabbli.
Wissejtu li se nfittxu persinalment għad-danni fil-Qorti u li se nesiġi li jirrispondi għal għemilu.
Dan it-tip ta’ ġurnaliżmu għandu jitwaqqaf minn Bernard Grech u min se jkun is-suċċessur tiegħu bejn Adrian Delia u Alwx Borg.
Nassiugura lil Joe Mikallef li l-attakki stupidi tiegħu qed ikomplu jsaħħuni fit-twemmin tiegħi li għamilt sew li abbandunajt lill-PN għaliex m’għadux partit politiku, iżda fabbrika tal-gideb u tal-manifattura tal-ħdura.
U kien għalhekk li ftit tax-xhur ilu wellidt is-sit ‘Reżistenza’. Semmektha #mill-pinna ta# eks Nazzjonalist, ippersegwitat’. U hekk hu. L-attakki kontinwi kontrija mill-PN u mill-media tiegħu hi persekuzzjoni li issa timmerita wkoll kawża Ewropea, l-istess bħalma l-OSCE qed tikkundanna lill-PN għan-nuqqas ta’ trasparenża.
Jekk hawn xi ħadd li wettaq frodi hu l-PN, li seraq flus il-ħaddiema tiegħu billi żamm għalih il-kontribuzzjonijiet soċjali tioegħu, żamm għalih il-miżati li l-ħaddiema tiegħu jħallsu lill- UĦM u s-serq ta’ ħafna flus mill-fondi tal-PN li ħallewh b’b’aktar minn €50 miljund’dejn inspjegabbli.
Aktar minn hekk il-PN ilu ħames snin ma jippubblika l-kontijiet finanżjarji tiegħu u dan b’qerq, għaliex tant hu kbir it-taħwid u l-misappropjazzjoni li l-ebda awditur ma jrid jiffirma b’ismu fuq id-dikjarazzjonijiet.
Hemm ukoll it-tbażwira taċ-ċedoli, fejn il-PN ħa b’self mal-€4 miljuni mingħand il-partitarji meta kien jaf li dawn il-flus ma setghħux jerġgħu jitħallsu lura kollha.
Ikun ferm aħjar li Joe Mikallef jikteb fuq dawn l-iskandli kbar, milli jintilef jipprova jkisser lin-nies. Jekk jgħolli idejh is-Sur Mikallef, se jifga fl-intiena li tasal għal mnieħer l-KBIR l-għandu!




