Dan Arnold Cassola jibqa’ jossessjona u jurina kif ma jistħix jipprova jagħtina lectures fuq moralita’ u governanza, meta qalbu qatt ma kienet f’Malta!
Cassola jinteressah biss li jakkwista siġġu ta’ poter, ikun fejn ikun. Ibda minn Kunsill Lokali, u kompli għall-parlament Ewropew jew dak Nazzjonali.
Dan ir-rigal sublimi lil Malta tagħna, dan it-tron tal-għerf li jismu Arnold Cassola, wasal biss, biex snin ilu kellu siġġu f’Kunsill Lokali, iżda kien ripetutament miċħud minn siġġu fil-parlament Nazzjonali u fak Ewropew għal dawn l-aħħar kwsi 25 sena.
Li ma jgħidilniex Cassola li meta kellu l-opportunita’ jiġġakbina lill-poplu Ma;lti, qabad u tefa ismu fuq lista ta’ kandidati ta’ origini Taljani u tela’ b’ċikka fil-Parlament Nazzjonali Taljan fl-1996.
Min jgħid li hu Malti u jrid jgħidilna li hu paladin ta’ dak li hu fl-interess nazzjonali Malti, ma jmurx Deputat parlamentari f’pajjiż ieħor.
Dan Cassola ma jgħidux lin-nies illum. Jipprova jnessina. Jipprova jaħbiha. Għaliex jaf li se jaqa għan-nejk u jispiċċa ġustament jitgħajjar minn pajjiż sħiħ.
Allura. Sur Cassola, qabel ma tibda tpeċlaq u tgħajjar u mingħalik it-tarka tal-moralita, ħallik mill-‘Franċiż’ u kun onest mal-poplu Malti, u għidilhom li kulma jinteressak hu siġġu. Jiġi fejn jiġi. Tħobb il-poter, li n-nies, ħlief it-Taljani li qatt ma kienu jafuk fdawk u tellfuk dak is-siġġu meta waqa; l-Gvern ta’ Prodi!




