Żewġ mistoqsijiet:
- Taħsbu li kienet b’kumbinazzjoni li The Times illejla ħarġet storja li t-team ta’ Adrian Delia kien qed jikkontesta mal-100 vot li ma kienux reġistrati u assenjati lil 100 tesserat u li l-vot tagħhom seta’ jbiddel ir-riżultat hħall-ħatra tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista?
- Taħsbu għaliex kienet kwasi immedjata ċ-ċaħda ta’ Adrian Delia, li f’daqqa’ waħda rxoxta mis-skiet u ħareġ jistqarr li hu ‘mhux t’hekk’ u li kwasi kwasi żelqitlu: Il-wiegħda ta’ lealta’ lejn id-delfin tiegħu Alex Borg, li seraqlu l-post ta’ Kap?
Lkoll nafu li fil-politika xejn ma jsir b’kumbinazzjoni.
Fil-verita’ Adrian Delia waqqa’ l-ġebla fuq saqajh, għaliex kulħadd jaf li bil-kontra ta’ dak li stqarr illejla biex jiċħad dak li ktibt jien aktar kmieni llum u wara The Times, dan għamel xenata sħiħa wara l-bibien magħluqa tad-Dar Ċentrali waqt l-għadd tal-voti. Tant għajjat u pprotesta li saħansitra werwer lill-uffiċċjali tal-Kummissjoni, y heddidhom li se jtellagħhom il-Qorti.
Id-dewmien sal-4am kien tort tiegħu, għaloex hu baqa’ jargumenta u jinsisti li dak ir-riżultat ma setax ikun.
Fi ftit kliem, Delia ma riedx jaċċetta bl-ebda mod ir-riżultat.
Kif seta’ għat-tieni darba konsekuttiva jitlef din l-elezzjoni? Kif seta’ jitlef kontra tifel, kontra d-delfin tiegħu? Imbgħad, biex tpoġġi l-melħ fuq il-ferita, b’miserja ta’ 44 vot?
Dan Adrian Delia telaq mid-Dar Ċentrali furjuż. Kien vulkan. Kien maħruq u umiljat.
Il-Partit Nazzjonalista llejla kien saħansitra ħareġ stqarrija jispjega li rċieva ittra mill-istaff ta’ Delia li kienu qed jikkontestaw ir-riżultat u semmew l-allegati anomaliji tal-100 vot mhux reġistrat.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN insistiet fl-istqarrija, li r-riżultat kien korrett!

Issa Adrian Delia llejla qed jiċħad li se jikkontesta r-riżultat.
Aħjar! Jidher li sema’ mil-pariri li kienu qed jingħatawlu matul il-bieraħ u llum, inklużi mill-heavyweights tal-partit inkluż Lawrence Gonzi u Louis Galea.

Iżda Adrian Delia għad fadallu ħafna aktar biex jagħti l-prova li se jkun leali lejn Alex Borg, li minn delfin tiegħu, issa sar il-Kap tiegħu!
Adrian Delia se jaċċetta l-istedina li saritlu biex joqgħod Viċi-Kap?

Sa llum wara nofsinhar, Delia kien qed jirrifjuta l-offerta ta’ Alex Borg. It-tweġiba tiegħu baqgħet l-istess: Oħossu ‘ttradut’, ‘milgħub’ i ‘misriq’ minn kariga li kienet kwasi f’idejh.
Tant hu veru li qed ngħid li t-team ta’ Alex Borg ddeċidew li jagħtu lil Delia ‘ġimgħat’ biex ‘jikkalma’ u jibda ‘jirraġuna’.
Issa l-ballun jinsab f’saqajn Adrian Delia. Jekk se jilgħabx biex iħassar hi affarih, iżda żgur li nafu li fil-Partit Nazzjonalista diġa ħoloq it-tensjonim u qed jifirħu biha l-perċimes tal-establishment li qed jappoġġjawh u lil Alex b;=ebda mod ma jriduh il-Kap tagħhom. Dawn jinsabu lesti biex jerġgħu jagħtu bidu għal-logħob pervers tagħhom. Adrian Delia lest jiddikjara u juri bil-fatti l-lealta’ tiegħu lejn Alex Borg?




