L-eks Kap tal-PN Bernard Grech qed jiffaċċja kritika ħarxa interna fil-Partit Nazzjonalista hekk kif uffiċċjalment spiċċa mill-kariga, u l-partit baqa’ ma ppubblikax il-kontijiet tiegħu skont kif titlob il-Liġi.
Imkejjen infurmati spjegaw lil dan is-sit li t-team ta’ Alex Borgli qed jieħu postu fid-Dar Ċentrali, diġa’ talab li jingħata aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mas-sitwazzjoni finanżjarja tal-PN.
Din l-informazzjoni ntalbet lis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello li s’issa għadu ma għadda l-ebda file, jew ta spjegazzjoni dwar kemm hi kbira l-problema finażjarja tal-PN.
Hu mifhum li mill-elezzjoni tal-2022 meta Bernard Grech ħabbar li d-dejn tal-PN kien ta’ €32 miljun, dan issa qabeż il-€50 miljun, minbarra l-iskadenżi taċ-ċedoli li jammontaw għal €8 miljuni oħra.
Alex Borg għandu biss l-informazjoni li l-PN hu finanżjarjament fallut u b’assi li huma ferm anqas mid-dejn li għandu l-PN mal-banek u entitajiet oħra.
Din l-informazzjoni tgiddeb għal kollox dak li ilu jgħid Bernard Grech, li l-PN għandu l-assi biex jagħmel tajjeb għad-dejn tal-partit.
Saħansitra ftit tal-ġimgħat ilu, Grech tkellem ma’ The Times u qal li taħt it-tmexxija tiegħu, kienu ‘salvati’ l-każini u li s-sitwazzjoni finanżjarja kemm tal-PN kif ukoll ta’ Net TV, reqin lejn ‘break-even‘. Gidba assoluta li kienet intiża biex ittaffi ftit mill-pressjoni tal-partitarji u tal-kredituri li malli raw ir-riżenja ta’ Grech, bdew jagħmlu l-mistqosijiet.
Waqt il-kampanja elettorali, Alex Borg kien qal li hu lest li jaħtar lill-eks Ministru Tonio Fenech biex jieħu f’idejh il-finanżi tal-partit.




