Ma kull ġurnata li tgħaddi, nibqa’ nistgħaġeb bl-istatements li jagħmel il-Kap Nazzjonalista Alex Borg.
Bħallikieku ma kienx biżżejjed li jiddikjara li l-PN qed ‘jissettja l-aġenda’ tal-pajjiż, iżda goffa – u goffa ħafna – kienet dik li qal dalgħodulill-Kunsilliera tal-PN, li fi Brussels din il-ġimgħa mar biex iġib ‘iżjed fondi għal Malta!’.
Nistaqsi u nfakkar lil Alex Borg, dan li ġej:
Minn mindu Kap tal-Oppożizzjoni jinnegożja l-fondi għal Malta?
L-ewropa tinnegożja u talloka fondi lil pajjiż meta tinnegożja ma’ Gvern leġittimu li jkollu l-mandat popolari biex imexxi l-pajjiż. Alex Borg m’għandu l-ebda mandat, ġlief dak tat-tesserati tal-PN biex ikun Kap tal-PN u mhux tal-pajjiż.
Il-Parlament ma jallokax, iżda japprova l-fondi meta l-Kummissjoni Ewropea tkun innegożjat il-framework finanżjarju ta’ seba’ snin ma’ kull pajjiż inkluż Malta.
Issa li Alex Borg jgħid li mar biex iġib aktar fondi. Din hi ħrafa assoluta għaliex hu l-Prim Ministru Malti Robert Abela li nnegożja l-akbar pakkett finanżjarju għal Malta mingħand l-UE, għas-seba’ snin kurrenti, u dan qabe iz-€2 biljun.
Li ma jiftakarx Alex Borg li l-pakkett finanżjarju jiskadi fl-2034! u qabel dik is-sena l-Ewropa m’hix se tinngożja xejn aktar. Hu ftehim milħuq u approvat!
KAien ikun ferm aħjar li kieku Alex Borg ammetta ċar u tond li fejn jidħlu ‘talba għal fondi’ dan għamlu hu lill-President tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, għall-Partit Nazzjonalista. Fuq din ktibt tlett ijiem ilu, u ma ċaħadhiex!




