Każin tal-banda joħroġ bħala entita’ aktar serja mill-Partit Nazzjonlaista, li bħalissa qed ifittex Kap biex imexxih.
L-istramberija hi l-mod kif il-PN qed jagħmel dan.
Fuq is-sit www.partitnazzjonalista.org min hu interssat, jista’ ‘jniżel’ l-applikazzjoni għal dak li qed jitfisser bħala ‘espressjoni ta’ interess’. (ara l-applikazzjoni).
Meta dak li jkun jimla’ l-formola, għandu jwassalha bl-idejn għamd il-Kummissjoni Elettorali tal-PN.
Ma nafx x’kien jgħid Eddie Fenech Adami jew il-mibki Guido de Marco meta jaraw il-mod dilettantesk ħafna li spiċċa waq’ fih il-PN fis-sena 2025.
L-Applikazzjoni użda ma tgħidx li min ikun elett Kap tal-PN qed jassumi r-responsabbilta’ għal aktar minn €42 miljun f’dejn li akkumula l-PN, u l-kontijiet mhux ippubblikati għal dawn l-aħħar ħames snin.
Minbarra dan, hemm ukoll b’madwar €5 miljun f’kuntratti ta’ self b’ċedoli li se jiskadu fix-xhur li ġejjin.




