Keith Schembri ċaħad kategorikament il-konklużjonijiet milħuqa mill-Awditur Ġenerali dwar it-transazzjoni tal-art tal-Fortina.
Schembri sostna li fl-ebda stadju ħeba jew awtorizza kwalunkwe evalwazzjoni, hekk kif id-deċiżjoni finali dwar kull stadju tal-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ art kienu r-=responsabbilta’ tal-Lands Authority u tal-Parlament, u qatt tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Sostna li r-rapport tal-Awditur jitkellem dwar kontradizzjonijiet tal-evalwazzjoni tal-art, filwaqt li ma jieħux kont li d-differenża bejn is-somma ta’ €8/1 miljun u €21 miljun li ssemmiet hu dovut għall-fatt li f’dan il-każ hemm l-evalwazzjoni li saret fl-2017, u l-kalkolu li sar fuq evalwazzjoni li saret fl-2019 u li kienet tinkludi s-sit kollu kemm hu.
Keith Schembri sostna li t-Times of Malta inġustament akkużat lilu fuq il-bażi ta’ konklużjonijiet selettivi u osservazzjonijiet barra mill-kuntest tagħhom, milli minn fatti li joħorġu mir-=rpport tal-NAO.




