Kemm ma jafx jistħi u jigdeb l-Avukat Edward Debono!
Wara li ma xebgħax jiġbed il-karru ta’ Simon Busuttil, u qatta’ s-snin jikkampanja kontra Adrian Delia, issa mhux biss din id-darba ħareġ jgħid li Adrian Delia kien ‘kapaċi’ u l-‘aħjar għażla’, iżda issa kutrumbajsa mirakoluża u inkredibbli oħra: Kiteb li se jkun ‘b’qalbu kollha’ wara l-Kap il-ġdid Alex Borg!.
Ara vera kummidjant u ma jafx jistħi.
L-ewwel ixerred l-artiklu bl-attakk ta’ Kevin Cassar fuq Alex Borg meta għajru ‘żiemel ta’ Troja’ tal-Labour, issa jrid jinċensaħ! Ipokrita u giddieb tal-prima klassi.
Dan l-istess Edward Debono li qala’ ċamata live fuq ir-Radju tal-Knisja meta gideb fuq Franco Debono u spiċċa sabu ma’ wiċċu fl-istudio, li mar biex iwieġbu immedjatament u ġabu żibel.
Huma nies bħal dawn fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li jagħmlu l-ħsara lill-partit u jtellfulu l-elezzjonijiet.
Nies bħal Edward Debono huma l-parassiti tal-PN, u li bħal Jason Azzopardi, jippretendu li l-PN hu xi klabb esklussiv għal dawk li mingħalihom li laħqu l-Alla, li jafu kollox, li jafu x’inhu t-tajjeb jew ħażin għall-partit, u min jista jkun Nazzjonalist jew le.
Edward Debono li jridha tal-avukat ta’ Bernard Grech, meta kien Kap u qatt ma kiseb riżultati li tista tgħid jimpressjonawk. Edward Debono l-imbeċilli li jaħseb li n-nies huma imbeċilli.
Fih persuna kbira, iżda fqir u vojt f’li jagħmel.
Jippontifika fuq Net TV taħsbu xi Messija.
vojt, ċarlatan u mażżra oħra m’għonq il-PN.
Skużawni għeżież qarrejja, imma ma niflaħx ma ngħidhiex: ‘Mur inħexa Edward Debono!;




