Tal-Partit Nazzjonalista tassew ħelwin.
Issa li mingħalihom għaddiet il-burraxka minn fuqhom wara l-arrest ta’ Francine Farrugia li ffangat b’madwar €2.3 miljun minn fondi pubbliċi, tal-PN qed jifirħu għaliex issa telgħet Stephanie Vassallo minflokha fuq il-Kunsill Lokali tas-Siggiewi.
Is-Sindku Julian Borg – dak li faħħar lil Francine u fissirha bħala bieżla – issa qed jifraħ lil Stephanie Vassallo, filwaqt li Francine tibqa’ msakkra fil-Faċilita’ ta’ Kordin tistenna li tibda l-kumpilazzjoni fil-każ kriminali tagħha.
Iżda l-PN malajr jinsa lill-eroj tiegħu, u mill-Osanna, Francine Farrugia issa ntesiet u fis-siegħat li għaddew issa hemm Stephanie Vassallo minflokha fuq il-Kunsill tas-Siggiewi.

Is-Sindku Julian Borg (fin-nofs) mal-eletta Stephanie Vassallo (xellug ta’ Borg)
Tgħidx kemm hu ferħan Julian Borg għal Vassallo, li bħal Francine fissirha bħala ‘ħabrieka’ u li se ‘tikkumplimenta’ l-ħidma b’riżq il-lokalita’.
Yeah right! tikkumplimenta l-ħidma b’riżq il-lokalita!
Għadha hemm it-talba tal-Kunsilliera Laburisti biex isir audit fuq il-finanżi tal-Kunsill ladarba Francine Farrugia li issa rriżenjat, kienet responsabbli mill-flus, u meta kellha l-flus f’idejha fl-MCAST wettqet straġpi eneormi.

Francine Farrugia
Għas-Sindku Julian Borg, il-kariga ki ried ma tagħtux honeymoon sabiha.
Bil-kontra mistennija sorpriżi
fi ħdan il-Kunsill wkoll, u qed jitriegħdu l-akkolti l-oħra li appoġġjaw b’saħġħa lil Francine Farrugia, bħal Louis Galea u l-aħwa mqaddsa Robert u Karol Aquilina.




