Adrian Delia ma jieqafx jissorprendi!
Minkejja l-isfidi u l-bsaten fir-roti mal-Kap u eks delfin tiegħu Alex Borg, it-tellief fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli bil-logħba biżarra tiegħu, billi pubblikament jaħbi l-verita ta’ dak li qed jiġri internament fil-partit, meta fl-istess ħin ġubblikament jipprova joħroġ ifuħ.

Fukwaqt li hu issa hu fatt magħruf li Delia kien ir-raġuni għalfejn dam biex ħareġ ir-rożultat tal-votazzjoni għal Kap, imbgħad wara fid-dewmien għall-ħatra tax-Shadow Cabinet , Delia jibqa’ jippersisti fil-logħob ta’ tfigħ ta’ ġebel imbgħad jaħbi idu.
Qisu ma kienx biżżejjed li Delia jorganizza intervisti ma’ The Times u Lovin Malta biex iwassal messaġġ ta’ sfida lil Alex Borg dwar l-offerta ta’ Viċi Kap, u l-kumment li kien ikun inkwetat li ‘kieku rebaħ b’44 vot biss’, dan spiċċa biex tellef il-paċenżja lil Alex Borg, tant li issa mhux qed jibqa’ jikkunsidrah aktar u qed jimbotta lil Darren Carabott minfloku.
Bejn Alex Borg u Adrian Delia spiċċa l-kuntatt għal kollox, u jekk Alex Borg irid ikellmu, dan qed jagħmlu permezz tas-Segretyarju Ġenerali Charles Bonello.
Kull ritratt jew filmat ta’ Alex Borg u Adrian Delia jitgħanqu jew jitbissmu fil-presenża ta’ xulxin huma kollha staged u fake.

Borg il-bieraħ neħħa lil Delia minn kelliem dwar is-saħħa u minflok taħ il-finanżi. Mossa li m’għoġbot xejn lil Delia u ħalla lil Alex Borg imdendel għal 24 siegħa bla risposta, u wara li baqa’ ma ħax tweġiba, il-Kap tal-PN qabad u ppubblika l-lista.
Imkejjen infurmati spjefaw lil dan is-sit li hu ċar li Delia jrid jagħmel ħajjet Alex Borg infern fi ħdan il-PN, iżda juri wiċċ b’ieħor fil-pibbliku. Ta’ ġewwa qed iqisu lil Delia bħala theddida għal Alex Borg li jrid jirbvaħ l-Elezzjoni Ġenerali akkost ta’ kollox.
Wara li l-lista tax-Shadow Cabinet kienet ippubblikata, Delia ħareġ jikteb fuq Facebook li kien’onorat’ li ngħata l-kariga ta’ kelliem għall-Finanżi, u fissirha bħala ‘bidu ġdid’.

Dalgħodu ntant, ħareġ jiftaħar bit-team il-ġdid, donnu hu għażel ix-Shadow Cabinet.

Jumejn ilu, Delia reġa kompla bl-isfida tiegħu lil Alex Borg, billi organizza coffee morning kbir fejn f’diskors li gġamel sostna ‘ħasbu li se jsikktuni!’ ħasbu li se jeħilsu minni!’

Post oħra kienet ma’ grupp ta’ rġiel kollha canvassers tiegħu f’poza fejn il-messaġġ kien indirettament jgħid, li ‘din hi l-armata tiegħi.

Sal-bieraħ, ftit qabel ma kienet ippubblikata l-lista tax-Shadow Cabinet, canvasser kbir tiegħu Adrian Borg tella ritratt bp stikek tad-dinamite bil-miċċa tixgħel.





