Tal-PN jitkażaw bil-ħamalli li jiddelettaw bil-festi, bl-armar, in-nar u l-marċi. Iżda f’ San Ġiljan, tal-PN marru pass ferm il-quddiem, b’meravilja ta’ sorpriża!
F’San Ġiljan, tal-PN saru l-ewwel li jerfgħu l-vari lebsin ħwejjeġ tad-ditta – u b’sorpriża għal kulħadd – saħansitra liebsa b’takkuna!
Din hi ġrajja vera li saret waqt uk0narċ tas-Sibt f’San Ġiljan, fejn id-Deputata PN marret tiżżattat terfa vara tal-patrun Ġiljaniż, u kellha s-sodisfazzjon li tippoża għal ritratt għal fuq Facebook, fejn deheret li kienet kwasi se tikkrolla taħt il-piż tal-bradella.

Għażizża Eve, nifhem li għadek żagħżugħa u mimlija entużjażmu, iżda hemm ċerti dettalji li ma tistax tinjora jew li tkun aljenata li ma tagħtihomx attenżjoni.

Darb’ oħra, meta żżur il-festi, ħu l-briga li tilbes flok tal-festa tal-lokal, isboħ wiċċek bil-kulur tar-raħal, itla fuq l-ispallejn u qabbel tnejn, għajjar lis-Sindku tal-post talli ma tax permess lil sieħbek tal-kjosk tal-luminati, u mur aħraq salut minn ġol-għelieqi.
Hekk tista’ tkun tassew kredibbli meta tgħid żort il-festi tad-Distrett, mela tmur taparsi terfa’ vara bit-takkuna!




