Fid-Dar Ċentrali qed jiddejqu bil-posts ta’ Adrian Delia, issa li beda jfajjar kummenti fuq Facebook mingħajtr l-apporovażżjoni tal-Kap Alex Borg, u li huma posts li qajjmu reazzjoni ta’ stmerrija minn għadd ta’ nies.
Il-post li tefa’ jikkonċerna festival mużikali importanti li għażel lil Malta biex ikun jorganizzah u li ġab Malta mas-7,000 persuna mill-Ewropa kollha.
Id-Desi Festival jattira turisti ta’ kalibru bi spending power ogħla mill-medja. Iżda Adrian Delia għoġbu jikkritika dan il-festival, b’post li jgħid, ‘My Malta‘ – biex speċi ta’ jgħid ara kif spiċċat Malta – u b’simbolu ta’ xadina.

Dan il-post qajjem reazzjoni kbira mingħand għadd ta’ nies, Nazzjonalisti nklużi li lkoll staqsew x’kien hemm ħażib li dawn it-turisti għażlu lil Malta biex jattendu għal dan il-festival.
Ix-xbiegħa tax-xadina nkwetat ħafna lil bosta tant li kien hemm min indika li l-post kellu wkoll laqta rażżista.
Delia wieġeb lil wieħed minn dawk li kkummentawlu: ‘tourists? seriously?’
Oħrajn staqsew lil Delia jekk jafx li kull persuna li tiġi f’Malta tonfoq il-flus fl-ekonomija Maltija.#
#
Meta Adrian Delia nduna li żbalja, dawwarha u staqsa lil min kien qed jikkritikah: ‘who said anything is wrong?’





