Il-kok Peter Dacoutros qajjem terremot fid-Dar Ċentrali, hekk kif kumment barra minn loku fuq Facebook wassal biex ikun irrappurtat lill-Pulizija minn Adrian Delia.
Imkejjen infurmati spjegaw lil dan is-sit, li Delia ħadha bi kbira li Dacoutros, supporter kbir ta’ Alex Borg, kiteb post fuq Facebook u għmel referenża għal iben Delia.

Peter Dacoutros

Filwaqt li l-istaff tal-Kap elett Alex Borg immedjatament żammew id-distanża minn ma’ Dacoutros, Delia hy rappurat li qajjem putiferju sħiħ, mar għand il-Pulizija biex jagħmel rapport, filwaqt li l-paġni soċjali tal-PN xegħelu ħuġġieġa bil-partitarji jikkummentaw, jikritikaw u jżejnu l-kwistjoni.

Dan l-inċident kompla nawwar fil-ferita ta’ Adrian Delia u l-klan ta’ partitarji akkaniti tiegħu li għadhom s’issa urtati bir-riżultat, filwaqt li xejjen l-isforżi ta’ Alex Borg biex iżomm il-PN magħqud.





