Kienet doċċa kiesħa dak li ħa din il-ġimgħa l-Kap Nazzjonalista Alex Borg mingħand il-President tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, li spjegalu kif bħala PPE m’hemmx flus biex ikun mgħejjun il-PN fl-elezzjoni, iżda forsi mingħand is-CDU tal-Ġermanja permeżż ta’ xi fondazzjonijiet, iżda hemm il-problema tal-accounts mhux ippubblikati.
Meta titlob lill-Ġermaniżi għall-appoġġ finanżjarju, dawn jimxu bil-pinna u bil-klamar, u għalhekk trid ikollok ‘your house in order’ qabel ma jikkunsidrawk.
B’ħames snin bla ma l-PN indenja ruħu jikkumpila u jippubblika l-accounts tiegħu kif titlob il-Liġi, se tkun problema kbira għal Alex Borg biex ikun kredibbli mas-CDU, li bħala partit ukoll qed jiffaċċja kriżi ekonomika b’ekonomija ta’ awsterita.
Għall-ġita fi Brussels, Alex Borg ħa miegħu lil Beppe Fenech Adami u lil Beppe Galea, u l-highlight kienet laqgħa mal-predeċessur tiegħu Simon Busuttil li issa jinsab xamplat f’uffiċċju tal-Parlament Ewropew bħala uffiċċjal għoli, wara li telaq minn Segretarju Ġenerali tal-PPE.
Alex Borg żar ukoll lid-diplomatiċi Maltin fi ħdan Dar Malta li jaħdmu għall-Missjoni Permanenti ta’ Malta għall-UE.
L-ironija hi li Alex Borg kien sorpiż li l-ħidma taħt Gvern Laburista minn din il-missjoni hi impekkabbli.



Fi Brussels, Alex Borg kien imdawwar minn Peter Agius li serva kwasi bħala l-butler personali tal-Kap Nazzjonalista. Għaxxaq kollox meta ħa ritratt bil-mobile tiegħu waqt li Borg iltaqa’ ma’ Simon Busuttil.
Ma kienx ritratt hux Peter?

Prosit Peter, ibda rreklama għat-tiġijiet ħa ġġibhom sew lill-għarajjes…




