Tista titqies bħala ‘namra’ partikolari li għandu l-kandidat għal Kap tal-PN Alex Borg għall-iżvilupatturi.
Mill-impenn dikjarat tiegħu li jgħin lill-iżviluppaturi tal-Forti Chambray f’Għawdex, illejla għal ma’ Żaren Vassallo, il-kuntrattur, żvilupatur u benefattur kbir tal-PN.
Alex Borg illejla kien il-Mosta, akkumpanjat mis-Sindku Joseph Gatt, Alex Borg iddaħħal fid-dar ta’ Żaren Vassallo fejn kellu laqgħa ta’ madwar siegħa miegħu.

Is0Sindku PN tal-Mosta Joe Gatt jagħlaq il-bieb tad-dar ta’ Żaren Vassallo fil-Pjazza tal-Mosta fejn daħal Alex Borg
Meta ssemmi lil Żaren Vassallo ma tistax ma tinkludix lill-eks Segretarju Ġenerali Joe Saliba li llum hu l-factotum tal-intrapriżi kollha tal-miljunarju Mosti. Minkejja li Saliba żamm lilu nnifsu invisibbli għal dawn l-aħħar 15-il sena, xorta baqa’ jkun punt ta’ referenża fi strateġiji tal-establishment Nazzjonalista.
Iżda l-laqgħa tal-lejla bejn Alex Borg u Żaren Vassallo kompliet toħroġ fil-beraħ din il-kwasi ossessjoni tad-Deputat żagħżugħ Għawdxi li jkun viċin l-iżvilupaturi u l-kuntratturi.

Alex Borg waqt pawża għal kafe fil-pjazza tal-Mosta wara l-laqgħa ma’ Żaren Vassallo
Hu ovvju wkoll li Alex Borg qed ifittexnil-finanżjament għall-kampanja tiegħu u laqgħa ma’ Żaren Vassallo kapaċi tqajjem ftit tpa1piċ fid-Dar Ċentrali għaliex dan qatt ma ta xejn għal xejn, u wisq aktar ifisser ukoll kompromessi perikolużi.




