Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjoanlista Alex Borg qed jitpoġġa f’osywazzjoni impossibbli, b’kurrenti jitfgħu isimhom biex jinfluwenżaw deċiżjonijiet kritiċi marbuta mal-kriżi finanżjarja tal-partit.
Wara assenża ta’ snin mill-pubbliku, feġġ f’dawn l-aħħar siegħat Richard Cachia Caruana b’kummenti f’The Times fejn wissa li l-PN jeħtieġ joqgħod il-bogħod minn dak li sejjaħ bħala il-‘big business’ biex ikun iffinanżjat.
It-twissija ta’ Cachia Caruana ma kenitx b’kumbinazzjoni, għaliex ikkonċidiet mar-rivelazzjoni xokkanti ta’ kemm hi kbira l-ħofra tad-dejn li għandu l-PN, u l-intervent tal-eks guru ta’ Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, kien eżerċizzju ta’ twissija biex jorbot idejn Alex Borg milli jersaq għand in-negożji biex jgħinuh, u twissija fl-istess ħin lil lejn dawk in-negożji li tradiżżjonalment għġenu b’saħħa lill-PN.
L-intervent ta’ Cachia Caruana fuq The Times kien prattikament eżerċizzju mill0-establishment biex jaqta’ saqajn Alex Borg mill-bidunett, bl-iskuża li l-flus tal-big business kapaċi jikkompromettu l-politika tal-PN.
Madankollu, Cachia Caruana konvenjentement evita li jfakkar li tul is-snin, sa anki taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech kienu qed jiddependu fuq negożji li kienu qed iħallsu l-pagi ta’ ċerti uffiċċjali tal-partit.




