Il-Kap Nazzjonalista Alex Borg għalaq l-ewwel Kunsill Ġenerali tiegħu bl-akbar ħrafa kemm ilu li ħa f’idejħ it-tmexxija tal-PN.
Qal li l-PN qed ‘jissettja l-aġenda’ tal-pajjiż!
U ejja! Kif?
Meta jkollok partit li qed jgħereq bi €52 miljun dejn?
Ħallina Alex trid?
Meta niftakru li l-PN dawwar u żamm għalih il-kontribuzzjonijiet soċjali tal-ħaddiema tiegħu stess?
Meta niftakru li l-PN ilu ħames snin ma jippubblika l-accounts tiegħu?
Meta niftakru li dan hu partit ikkontrollat minn klikek li jaslu biex itajjru Kap?
Meta niftakru li dan hu partit li jimmanipula s-surveys biex itajjru Kap?
Dawn huma wħud mill-agħar eżempji li jxejjnu għal kollox dan l-istatement assurd tal-Kap Nazzjonalista, li dalgħodu kellu jiffaċċja aġenda vera li ssettjalu r-rival tiegħu u eks Kap Adrian Delia, li fajjarlu d-dikjarazzjoni: ‘fittxu ppubblikaw dawk l-accounts, għax sakemm ma jkun hemm xejn ippubblikat, il-PN ma jista’ qatt jittieħed bis-serjeta!;
Għal darba, qbilt ma’ Adrian Delia!




