Kif spiċċa l-PN tal-lum, li ddeġenera u mar lura minn partit politiku għal sempliċi għaqda ta’ dilettanti tal-ħabba gożż, b’pożi u mutetti biex mingħalihom jidhru li huma ‘qalb in-nies’

Eve Borg Bonello terfa vara waqt li liebsa t-takkuna u tgħin tiġbor l-iskart mlibbsa biex toħroġ is-Sibt filġħaxija, u Adrian Delia jippoża bis-senter fuq il-bejt tal-knisja ta’ San Ġiljan biex jispara salut lill-patrun!
Kemm spiċċaw tajjeb tal-PN! Jitħaħħbu għall-voti!
Irisu jimpressjonaw, iridu jidhru ‘ħelwin’ u ta’ min jiggustahom.

Imma l-poplu, l-elettorat, it-terresati, il-partitarji m’huma mpressjonati xejn u għal darba, darbtejn, tlieta u erba’ darbiet qalilkom car u tond li ma jista jafdakom qatt fil-Gvern. Titqanżħu kemm titqanżħu ma tistgħu qatt tirbħu lura l-fiduċja tan-nies.
In-nies trid politika, politika għan-nies mhux teatrini u kummiedji.

Mur ġib lil Eddie jew lil Guido fuq il-bjut jisparaw bis-senter!
Mur ġib lil Dolores Cristina jew lil Lorraine Schembri Orland iwaddbu l-boroż tal-iskart għal ġo l-iscammel. Kemm sar fake il-PN tal-lum!




