Fl-attivitajiet li kienu organizzati mill-Partit Nazzjonalista fi Pjazza Tritoni, Bernard Grech kien preżenti kuljum. Segwa d-diskussjonijiet u kien anki fuq il-palk waqt il-Mass Meeting ta’ nhar is-Sibt. Iżda minn waradahru, ħafna kienu dawk li kkummentaw fuq kif ma staħax jidher, wara dak li fissru bħala ‘r-rebus’ li ħalla warajh fid-Dar Ċentrali.
Nifhmu li fil-ġimgħatejn kemm ilhom li daħlu n-nies ta’ Alex Borg fid-Dar Ċentrali, nstab straġi u telqa kbira f’kull dipartiment, filwaqt li fejn jidħlu l-finanżi, l-istraġi hi ta’proporżjonijiet enormi.
L-imkejjen tagħna spjegaw kif fuq l-iskrivanija ta’ ċertu persuna nstabu mal-400 kont pendenti għal ħlas ta’ mijietta’ elufvta’ Ewro għal serviżżi li ma jistgħux jitħallsu minħabba kontijiet bankarji vojta, filwaqt li nstab ukoll diżorganiżazzjoni sħiħa fejn jidħlu irċevuti għal ħlasijiet li saru.
Nifhmu li t-team ta’ Alex Borg sabu li Bernard Grech ma kienx qed jgħid il-verita meta kien jistqarr pubblikament li sab awditur u li kien qed ilesti r-rendikonti finanżjarji tal-PN.
L-ebda awditur ma kien inkarigat biex ilesti dawn il-kontijiet, u li kieku ma rriżenjax Bernard Grech, l-affarijiet kienu se jkoplu jaggravaw.
Id-dejn tal-PN sploda għal kwasi €50 miljun, u Alex Borg issa ta l-inkarigu lill-Kap Eżekuttiv Sabine Agius Cabourdin biex issib rkabtu tal-kobba mħabbla sew tal-finanżi tal-PN.




