Ta’ kuljum se nfakkar lill-uffiċċjali tal-Pulizija fi ħdan it-Taqsima għall-Kontra r-Reati Ekonomiċi (FCID) fuq il-file tal-FIAU li titlob għall-prosekuzzjoni tal-Avukat Jason Azzopardi fuq unexplained wealth, evażjoni fiskali u ħasil ta’ flus.
Il-file ilu fuq l-iskrivanija ta’ uffiċċjal partikolari, u nistenna issa li bl-istess żelu li ħadem u għadu jaħdem l-Ispettur Sean Friggieri tal-FCID kontra esponenti Laburisti, jagħmel l-istess issa ma’ sieħbu Jason Azzopardi, jew għallinqas jiddikjara l-kunflitt ċar ta’ interess li għandu bih.

L-uffiċċji tal-FCID f’Sta. Venera. Il-file ta’ Jason Azzopardi jinsab hemm ġew
Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-FIAU fil-konfront ta’ Jason Azzopardi isemmi u jimplika wkoll membru ieħor tal-familja ta’ Jason Azzopardi u hemm ukoll rakkomandazzjoni għal prosekuzzjoni kontriha.
Azzopardi ilu għal dawmn l-aħħar xhur jipprova javviċina diversi membri tal-Gvern bl-iskop li dan il-każ kontrih ma jkomplix. Kull fejn qed jingħalaqlu l-bieb f’wiċċu, jirrikattahom b’inkjesta.




