Il-każ skandaluż u oxxen ta’ Jason Azzopardi milli jidher għadu ma wasalx għand il-Kamra tal-Avukati, li taħt Peter Fenech kollox hu strordinarjament injorat u qisu ma ġara qatt xejn.
Il-fatt li l-Qorti tal-Maġistrati ordnat investigazzjoni fuq l-imġieba ta’ Azzopardi, li abbużivament għamilha ta’ avukat ta’ persuna akkużata, meta ma kienx. Mar jarah il-ħabs u saħansitra ggwidah biex jidher quddiem maġistrat inkwirenti, mhix importanti biżżejjed biex tiċċaqlaq, titkellem, iċċanfar u tikkundanna lil Azzopardi.

Jason Azzopardi qed ikun investigat għaliex Jirriżulta li ħadem bl-aktar mod sovvesriv biex ressaq inkjesti, u mmanipulahom biex jiġu favurih.
Aktar minn hekk, Azzopardi qed ikun investigat għaliex Jirriżulta li ħadem bl-aktar mod sovvesriv biex ressaq inkjesti, u mmanipulahom biex jiġu favurih.
Dawn huma kollha affarijiet serji ħafna, fejn Azzopardi issa se jkollu jirrispondi għalihom quddiem il-Pulizija, il-Qrati u saħansitra quddiem il-Kummissjoni Permanenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li għandha l-poter li tikkastiga lil Azzopardi.

L-Avukat Peter Fenech, il-President tal-Kamra tal-Avukati jidher li se jibqa’ ċass quddiem l-isknadlu dejjem jikber ta’ Jason Azzopardi
Iżda quddiem dan kollu, il-Kamra tal-Avukati taħt Peter Fenech tibqa’ fil-muta u qed tinjora s-serjeta’ tal-każ, fejn għandek Avukat li ħaddem strateġija perikoluża ta’ manipulazzjoni ta’ sistema tal-Qrati, indaħal fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u saħansitra lagħab bis-segretezza tal-każi, partikularment fejn tidħol inkjesta maġisterjali.
B’dan kollu, jidher ċar li Azzopardi lagħab bis-sistema tal-Qrati għall-vantaġġ tiegħu, u agħar minn hekk wettaq reati serji ta’ korruzzjoni ta’ membri tal-ġudikatura, ta’ insider trading , koerzjoni u istigazzjoni għal xhiedha falza mhux biss fl-inkjesta dwar Identita’ Malta, iżda anki dwar iċ-ċertifikati għal benefiċċji soċjali.
Il-każ mqajjem mill-Maġistrata Donatella Frendo Dimech jista’ jitqies bħala serju daqs il-każ ta’ korruzzjoni li fih kienu mdaħħla l-eks Prim Imħallef Noel Arrigo u l-eks Mħallef Patrick Vella fl-2000.

Id-Depot tal-Pulizija: Hu immineti li jinħareġ mandat għall-arrest ta’ Jason Azzopardi biex ikun investigat u mressaq il-Qorti fuq sensiela ta’ reati serji.
Mistoqsija oħra tikkonċerna l-Fakulta tal-Liġi fl-Universita’ ta’ Malta, fejn Azzopardi hu lettur lill-istudenti tal-Liġi.
Kif tista wkoll din il-Fakulta’ tibqa’ siekta u tibqa’ tħalli lil Azzopardi jibqa’ jagħti l-lectures lill-istudenti tal-Liġi, meta qed joħroġ ċar li dan qed jagħmel kollox kontra kull etika professjonali?
Kif tista’ l-Universita’ ta’ Malta tibqa’ galalrija u tħalli lil Jason Azzopardi jibqa’ lettur ?
Mandat għall-arrest u interrogazzjoni ta’ Jason Azzopardi hu imminenti li jinħareġ, u mhux eskluż li jitressaq il-Qorti mixli b’għadd ta’ reati serji.




