Selfies, pożi, tbissim. L-uċuħ ta’ numru mdaqqas ta’ Deputati Nazzjonalisti f’ritratt miġbud wara l-ewwel attivita’ ta’ Alex Borg bħala l-Kap il-ġdid tal-PN il-bieraħ fid-Dar Ċentrali.
Hu inkredibbli li malli tara r-ritratt ippubblikat fuq il-paġna Facebook tad-Deputat Albert Buttigieg, tinduna min huma l-ġakbini li qed jitbissmu, iżda ma xebgħawx jaħdmu u jgħidu kontra Alex Borg.
L-uċuħ ta’ min huma, mafhom jien, tafuhom inthom u fuq kollox jafhom Alex Borg.

Issa li l-entużjażmu jikkalma, se naraw it-tħaddim ta’ skemi ta’ tfixkil u ħsara, li se jkunu agħar minn dak li kien għadda minnu Adrian Delia fiż-żmien li kien il-Kap tal-PN.
Ħa nkun ċar ħafna. L-establishment ma jridx lil Alex Borg Kap tal-PN.
Watch this space. għax oż-żmien li ġej se jkun żmien diffiċli ħafna għall-PN.
Il-partit hu mimli ġakbini u klassisti, li ma jafux aħjar milli jnisslu l-firda u l-mibgħieda.




