Kemm hi tajba din!
hit list nies
Jiġifieri l-Maġistrat Gabriella Vella tat direct order lil numru ta’ esperti barranin biex jgħinu fl-Inkjesta dwar l-Isptarijiet, ħallsithom il-miljuni, u waqt li kienu għaddejjin bis-suppost investigazzjonijiet, fetħu l-kumpanniji, iżda xoljewhom ftit qabel ma kkonkludew l-Inkjesta!.
Alla jbierek il-Maġistrat Vella ma rat xejn stramb jew irregolari fiha.
Agħar minn hekk, il-Qorti qabdet u ħallset lil dawn l-esperti – €11-il miljun – u lanqas għandha indirizzi fissi tal-kumpanniji ta’ dawn l-esperti, li fil-fatt jirriżulta li tħallsu permeżż ta’ Jeremy Harbinson, li minn naħa tiegħu qassam il-flus lil sħabu l-esperti l-oħra.
Fuq din il-prenessa biss hemm irregolarita’ għaliex kif setgħet il-Maġistrat Gabriella Vella tqabbad personalment lill-esperti, imbgħad il-ħlas isir lil Harbinson?
Dalgħodu fil-Qorti ħareġ ukoll li kulma jeżisti fir-rekords tal-Inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella huma indirizzi email, u ma jeżistu l-ebda indirizzi ta’ uffiċċji jew numri telefoniċi għal dawn il-kumpanniji!
B’hekk min irid ifittixhom fejn għandu jħabbat?




